Thu, 08 Apr 10

Stenbah

F’rahal ckejken bhalma hu dan tal-Fontana, fejn kull ma jmur kollox qed isir relattiv, jigifieri kulhadd jaghmel li jrid, jghid li jrid u jemmen li jrid, tigik li ssaqsi lilek innifsek, “Imma b’din il-mentalita’ fejn sejrin? Fejn irridu naslu?”

Demokrazija, helsien, liberta’, zvilupp, teknologija, dawn x’inhuma? Semplici kliem jew veritajiet imbabsa minn briganti: u ahna reqdin, skantati, aljenati, m’ahniex nindunaw bihom.

Ghadda Ghid iehor minn fuqek, izda l-mistoqsijiet ta’ dejjem ghadhom hemm, ghaliex it-tbatija fil-hin? ghaliex min hu tajjeb, veru u innocenti jbati u jmut agharr mill-hazin, mill-giddieb u l-hati? Ghaliex il-mewt? Fejn taqbad tfittex twegiba? Min ser iwiegbek?

Fil-borma mimlija paroli u ideat jinsabu wkoll dawk tan-Nazzarenu: profeta, sultan, Iben Alla, ghidlu li trid. Kollox hallata ballata fil-borma tal-Fontana taghna, borma li dejjem sajret ikel kattoliku. Ahna poplu nisrani, nies devoti tal-Qalb ta’ Gesu’, immorru l-knisja, nisimg]u l-quddies u nitqarbnu anke kuljum, inqerru, naghmlu pellegrinaggi, purcissjonijiet, festi kbar u sbieh. Imma min jaf ahniex inhalltu flimkien dak li ma jithallatx, zejt u ilma, dawl u dlam, Alla u l-flus? Il-hasra mihix tant ghax qed inhalltu dak li ma jithallatx, izda aktar ghaliex drajna f’din il-hajja mfassla b’kompromessi, tahwid u tahlit. Min hallat dak li ma jithallatx, hawwad, thawwad u mar tghallaq. Kien jismu, ghadu u jibqa’ jismu Guda.

Imbaghad hallina ngergru u nistaghgbu, arana niskruplaw ta’ Farizej li ahna: “X’arukaza kif spiccajna! M’ghadx baqa’ valuri. M’ghadx baqa’ sens ta’ misthija. Familji mkissrin. Taparsi qassis! Iz-zghazagh spiccaw, mejtin mejtin u mejtin hajjin... Dari ma konniex hekk!”

Fil-verita’ nsejna li ahna ahna, skont dak li ghaddewlna. Min igerger ghall-frott qares messu jara wkoll is-sigra? Jistax ikun il-kaz li s-sigra ma giet qatt mizbura, kienet nieqsa mid-demel u l-ilma, ma thammlitx bizzejjed.
U int, quddiem dan kollu, x’qed taghmel?
Ha nghidlek x’naghmel jien: nahsel idejja. Iva din hi l-aktar haga hafifa bl-inqas sforz. In-Nazzarenu ghazel li jahsel is-saqajn u jien ghazilt li nahsel idejja, bhal gvernatur tieghi Pilatu, it-tnejn li ahna ossessjonati bl-indafa ta’ l-idejn wara l-qtil tal-kuxjenza.

Min ser jigi jara d-dramm, mhuwiex ser jara xi haga tad-dinja l-ohra u l-anqas huwa maghmul b’mod professjonali, huwa biss delizju maghmul b’imhabba, b’serjeta’ u b’sagrificcju ta’ l-atturi. Aktar milli tara x’ikun jigri ipprova isma tajjeb u sew dak li jkun jinghad. Hekk STENBAH ikun lahaq l-ghan ewlieni tieghu, jigifieri li jhabbarlek li n-Nazzarenu u n-Nazzarenu biss, huwa d-dawl li jghinek tohrog mil-labirint tal-hajja, li jghinek tinduna bil-gideb li hemm madwarek u go fik, li jghinek tghix hajja vera, dik li ma tintemm qatt. Mela x’int tistenna: STENBAH.