Sat, 24 Apr 10

Velja Djocesana ta' Talb ghall-Vokazzjonijiet

Nhar is-Sibt 24 ta` April fit-8.00 ta` filghaxija l-E.T. Mons Isqof Mario Grech mexxa Velja ta` Talb ghall-Vokazzjonijiet fil-parrocca tal-Fontana.  It-talb kien animat mis-seminaristi tad-djocesi u kien ippreparat mis-superjuri tas-Seminarju Magguri tal-Qalb ta` Gesu`.  Wara l-kant u t-talba tal-bidu, saret l-incensazzjoni ta` Ikona Marjana.  Il-Velja kompliet bil-Liturgija tal-Kelma, bl-Evangelju mhabbar mid-djaknu Noel Debono.  Il-kelmiet imhabbra, "U dak in-nhar baqghu mieghu" kienu ta` spunt ghall-Omelija ta` l-Isqof li tkellem dwar il-valur tal-istabilita` mehtiega fir-relazzjonijiet li jkollu l-bniedem.  F`dinja fejn kulma jmur ir-relazzjonijiet qeghdin isiru instabbli, dawk li huma msejjha ghandhom ifittxu l-ewwel u qabel kollox li jkollhom relazzjoni stabbli ma` Dak li sejjhilhom.  Wara l-omelija, sar kant, talb ta` intercessjoni u espozizzjoni ta` Gesu` Sagramentat. Tlett seminaristi qraw siltiet mill-omelija tal-Papa Benedittu XVI ghall-Hamis ix-Xirka, waqt li l-istudenti tal-propedewtiku kkonkludew kull silta b`talba u tlett membri ohra minn diversi gruppi tal-vokazzjoni poggew mixghela quddiem l-Ewkaristija.  Il-Velja ntemmet bil-Barka Sagramentali.  Ghalkemm l-attendenza ma kienetx numeruza, l-ambjent u l-organizazzjoni tal-Velja ghinu li dawk prezenti jitolbu lil Sid il-hsad biex jibghat aktar haddiem fil-ghalqa tieghu. 

Thabbira tal-Evangelju