Dun Michael Said mexxa Quddiesa ghat-tfal kollha tal-parrocca b'omelija adattata ghalihom. L-innijiet ta’ din il-liturgija kienu animati mill-grupp tal-kitarri “Qlub Ferhana Fontanin”. Wara l-Quddiesa fuq iz-zuntier saret Varjeta’ organizzata mill-parrocca flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Fontana. It-tfal kellhom l-opportunita' li jaqbzu u jinzebghu b'kull xorta ta' kuluri u disinni fost daqq sabih, ikel u xorb ghalihom. Wara nghata lit-tfal kollha poster sabih tal-Qalb ta' Gesu'.