Fri, 08 Jan 10

Id-Diskors li sar lil Dun Lino u lil Dun Alex nhar il-Hadd 3 ta' Jannar minn Dun George Vella

Tislima lill-Ex.Kappillan Dun Lino Vella

Illum 3 ta’ Jannar, qeghdin niccelebraw il-festa solenni tal-Epifanja tal-Mulej, festa li tfakkarna fil-wasla tas-Slaten Magi hdejn Gesu Tarbija. F’dan il-jum, ahna Itqajna halli nsellmu u nroddu hajr lill zewg sacerdoti li f’dawn l-ahhar snin, ghexu maghna u taw is-sehem u l-kontribut taghhom ghal Parrocca taghna u ghal komunita Parrokkjali tal-Fontana, il-Parrocca tal-Qalb ta’ Gesu.

l-Ewwelnett ghandna lil Can. Dun Lino Vella, Kappillan Emeritus, li ghalkemm il-parrokat tieghu kien qasir, izda rajna kemm tassew kellu ghal qalbu il-hidma Parrokkjali ghal din il-Parrocca. Huwa wera r-rabta tieghu mal komunita taghna u hidma tieghu biex igib ‘l quddiem il-parrocca specjalment l-imhabba u d-devozzjoni lejn il-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu. Min meta gie l-ewwel darba fil-parrocca u ccelebra maghna l-ewkaristija, Hu mill-ewwel wera kemm tassew kien laqa bil-qalb il-missjonsi li l-Ecc. T. Mons Isqof Mario Grech, kien mar jafdalu f’idejh.

Mill-ewwel beda jippjana kif ghandu jahdem ghal gid tal-parruccani kollha minghajr ebda distinzjoni. Beda jahseb kif se jorganizza l-hidma pastorali tieghu, u jigbed lil poplu lejn il-qalb Divina ta’ Gesu. Beda jghallem permezz tax-xandir tal-kelma t’Alla u juri kemm tassew Alla l-Missier habbna meta mar jaghtina lil Ibnu Gesu halli jehlisna mil-jasar tad-dnub u jifhilna l-bieb tal-genna. Organizza l-festa lil Sant’Indrija appostlu u appella lil poplu kollu biex jiehdu sehem attiv fiha. Mexxa l-festa tal-Milied, il-festa tat-twelid ta’ Gesu u beda is-sena l-gdida bil-quddiesa specjali f’nofs il-lejl ta, bejn sena u ohra.

Il-hidma ta’ Dun Lino tkompliet b’hegga kbira sakemm b’xorti hazina giet fuqu marda li minhabba fiha kellu jieqaf mil-hidma qaddisa tieghu. Il-parruccani ikoll f’ghaqda shiha talbu hafna ghalik ghaziz Dun Lino. Ghaddejt iva minn granet difficli hafna, u t-talb ma qata qatt. Zgur li kull membru tal-komunita taghna kellu xewqa kbira li jara l-fejqan tieghek. Ma kull gurnata li tghaddi din ix-xewqa ma qatghet qatt, u kullhadd kien b’mistoqsija kif inhu Dun Lino? Kif inhu l-Kappillan. Zgur li kulhadd kien jixtieq jarak mil-gdid fostna, jarak f’sahhtek tkompli l-hidma tieghek bhala raghaj biezel u habrieki tal-merhla. Izda l-pjanijiet ta, Alla ma jifhimhom had. Dak li Allajippermetti ma jista jhassru had. Kif nghidu, l-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi.

Ghaziz Dun Lino, ahna zhuri li int kont dejjem marbut mar-rieda ta’ Alla. Inti kont dejjem u ghadek dejjem lest li tghid li-kliem li qal l-istess Gesu. Hawn jien Mulej lest dejjem biex naghmel ir-riedq tieghek minhabba l-marda li messitek inti kellek kontra qalbek thalli ir-riedni tal-Parrovva f;idejn dak li Alla jaghzel u permezz tad an kollu inti tajt u tkompli taghti glorja lill Alla.

Ghaziz Hija fis-sacerdozju li hdimt mieghek, nghidulek grazzi ghal kull ma ghamilt maghna matul il-parrokat tieghek. Grazzi tal-imhabba illi habbejt lil Parrocca taghna u lil Qalb ta’ Gesu. Grazzi ta’ kull xandir li xandart u kull kelma li ghidt ghal gid tal-Parrocca. Grazzi ghal kull ezempju tajjeb li tajtna fil-hidma tieghek akkost ta’ kull sagrificcju li kellek taghmel. Ahna nweghduk li qatt ma ninsewk. Int tibqa fil-qalb ta’ kull membru ta’ din il-parrocca, ahna nweghduk li nkomplu nitolbu ghalik biex il-Mulej ikompli jaghtik kull ma int ikollok bzonn, u dak kollu li tixtieq qalbek.
Zgur li Alla jkompli jseddqek u jzejnek bil grazzi tieghu u fuq kollox, biex int tibqa marbut mar-rieda mqaddsa tieghu. Minn naha tieghek, kompli ftakar fina. Kompli itlob ghalina u ghal din il-parrocca li inti kont intrabat maghha, kompli xerred id-devozzjoni u l-imhabba lejn il-Qalb ta’ Gesu, kompli sahhah fik il-fiducja u t-tama halli qatt ma taqta qalbek fis-sejhat li l-Mulej jaghmillek. Kabbar fik il-kuragg sabiex il-missjoni titqawwa fir-ruh u fil-gisem u taghti glorja l’Alla u taghmel il-gid lil poplu t’Alla sa l-ahhar nifs tal-hajja tieghek.

l-ahhar kelma. Kompli ejja fostna u ahna zgur niehdu pjacir kull meta narawk hawn tiehu sehem fil-funzjonijiet liturgici li jsiru. Grazzi mil-gdid ta’ kollox.

 Tislima lil Dun Alex Refalo

U issa ndur lejk ghaziz Dun Alex. Inti wkoll gejt minghut fostna mill-Ecc. T. Mons Isqof Mario Grech, sabiex tghin lil Kappillan Dun Lino, fil-hidma tieghu f’din il-Parrocca. Ghalkemm inti kellek impinji ohra, f;diversi hidmiet, inti accettajt bil-qalb dan ix-xoghol pastorali. Sa mill-ewwel darba li gejt hawn, inti wrejt l-impenn tieghek halli taghmel dak li tista ghal gid tal-Komunita Parrokkjali taghna.

Forsi hsibt li l-hidma tieghek kienet se tkun ghal ftit taz-zmien. Izda nistghu nghidu li ma garax hekk. Wara ftit inti gejt mahtur Amministratur tal-Parrocca, igifieri x-xoghol tal-Kappillan kellu jkun amministrat minnek. Inti wkoll dhalt ghal dan ix-xoghol b’ompenn u hdimt sabiex taqdi l-missjoni kemm jista jkun ghal gid ta’ kulhadd. Fi zmien l-amministrazzjoni tieghek kellek tiehu hsieb u torganizza ghall darbejt l-festa titolari tal-Qalv ta’ Gesu. Ahna nafu lid an ma kienx facli ghalik, izda inti ghamilt il-hila tieghek kollha u l-kuragg u nistghu nghidu li bil-hidma tieghek flimkien mal-ghajnuna li sibt minn diversi parruccani, il-festa marret tajjeb, irnexxiet u zgur li kulhadd hareg sodisfatt bil-hidma tieghek.

Barra dan kienu diversi l-hidmiet tieghek u inizjattivi li inti ndahlt ghalihom. Inti ghent kemm stajt biex il-hidmiet pastorali bhal ma huma t-taghlim tad-duttrina lit-tfal, lill isutdeni u liz-zghazagh, ikomplu mexjin bir-ritmu taghhom, l-ghaqdiet fil-parrocca bhal ma huma l-Azzjoni Kattolika kif ukoll il-Legion of Mary jimxu l-quddiem fil-hidma tal-Parrocca. Kellek ix-xorti li twaqqaf il-grupp tal-Kitarri, halli dan il-grupp ta’ zghazagh jimpenja ruhu, u jaghti s-sehem tieghu fil-Liturgija specjalment fil-quddiesa ta’ nhar ta’ had u f’xi fest ital-parrocca, tajt is-sehem tieghek biex isiru diversi attivitajiet socjali u kulturali, urejt l-interess tieghek fil-hidma ghal vokazzjonijiet, kemm mall-abbatini, kif ukoll ma grupp tal-vokazzjonijiet.

Komplejt theggeg lil parruccani biex jaghtu s-sehem taghhom fl-adorazzjoni li qed issir fil-parrocca mit-Tnejn sal gimgha, sahansitra gie li organizzajt laqghat ghall dawk li jiehdu sehem fl-adorazzjoni. Ghallimt kemm stajt permezz tax-xandir tal-kelma t’Alla bl-omeliji u konferenzi li ghamilt ghal kull kategorija. Zgur il din il-hidma kollha tieghek ma kenitx facli ghalik minhabba l-hafna mpenji illi inti kellek u ghad ghandek. Minn dan ahna naraw il-hegga tieghek u dan kollu ghal gid spiritwali tal-komunita taghna hadt hsieb li twassal lill parruccani it-taghlim sabih flimkien mall-avvizi permezz tal-bullettin tal-hadd li johrog ta’ kull gimgha, kif ukoll ippublikajt ghal darbtejn ir-Rivista tal-Parrocca , l-Ghajn il-Kbira fl-okkazjoni tal- festa titolari. Dan ix-xoghol kollu ghamiltu minn qalbek, ghaliex konvint li permezz tal-mezzi tal-kommunikazzjoni il-kelma t’Alla u it-taghlim jista jasal ghand kulhadd.

Tajt is-sehem tieghek ukoll billi ppukklikajt diversi skemu ghar-Radio tal-Parrocca Sacro Cuor halli anke permezz tieghu anke dawk li huma morda u ma jistghux johrogu mid-dar, ikollhom l-okkazjoni jisimghu t-taghlim ta kristu. Ma nistax ma nsemmix l-imhabba tieghek lejn s-sacerdoti u l-fiducja li kellek fina, anke lejjha personali, li kemm il-darba gejt izzurni fl-isptarijiet kemm f’ghawdex u anke f’Malta u taghmilli l-kuragg.

Ghaziz Dun Alex, qabel naghlaq dan il-messahh fqir tieghi, nixtieq nirringrazzjak ghal kull ma ghamilt mal-Parrocca taghna. Zgur li l-parraccani kollha jibqghu jiftakruk u jitolbu ghalik, biex l-hidma sacerdotali tkompli b’hegga kbita ghal ikbar ghlorja t’Alla. Lilek ukoll nghidlek. Ibqa ejja fostna, zgur li niehdu pjacir narawk hawn tiehu sehem fil-funzjonijiet liturgici u il-festi. La tinsiniex fit-talb tieghek, itlob ghal kappillan gdid taghna li huwa kumpann tieghek mill-istess parrocca tieghek, biex dan ukoll b’hegga u entuzjazmu b’imhabba jmexxi ‘l quddiem din il-komunita afdata lilu u hekk flimkien nahdmu dejjem ghal glorja t’Alla u ghal gid tal-poplu t’Alla. Grazzi Dun Alex.