Fri, 04 Jun 10

Il-Kelma tar-Raghaj

IL-HSIEB WARA L-AZZJONI DWAR IZ-ZWIEG
 
riflessjoni ta l-Isqof Mario Grech
Konferenza nazzjonali dwar il-Familja – 15 ta Mejju, 2010

[VERZJONI IMQASRA]

Huwa importanti li wiehed jitfa dawl fuq il-periklu ta forom emergenti tal-familja, dwar kruha tat-tifrik tal-familji, id-divorzju, il-koabitazzjoni, il-permessivita sesswali etc. Imma dawn huma biss sintomi socjali li aktar milli ghandhom jigu ndirizzati bhala diffikultajiet fihom infushom, hemm bzonn nintebhu x’inhu l-isem tal-marda. Dawn il-problemi matrimonjali u familjari huma l-effett ta kawza ezistenzjali wisq aktar profonda u aktar wiesgha. Nifhem li l-azzjoni urgenti li tehtieg is-socjeta taghna hija li bis-serjeta tindividwalizza l-gherq li kontinwament qed innebbet ferghat godda li huma bghula.


        Fic-civilita tal-Punent hawn tensjoni u konflitti bejn dawk li ghandhom vizzjoni Lhudija-Kristjana tal-hajja u dawk li telqu din il-vizzjoni biex ihaddnu diversi skejjel ta hsieb bhalma huma l-feminizmu, il-multikulturalmizmu, il liberalizmu – liema diversita issib is-somma taghha f’dik li tissejjah “ortodossija sekularista” jew “sekularizmu”.
        Forsi xi hadd jahseb li din tinvolvi tensjoni bejn ir-raguni u l-fidi!  Filwaqt li ma naqqas xejn mill-ghajnuna li kapaci taghti l-Kelma t’Alla u t-tradizzjoni fil-Knisja biex il-bniedem jasal ghal verita, il-vizzjoni morali Kristjana mhix kontra r-raguni; anzi Robert P George, professor fil-jurisprudenza li kien wiehed mit-team li ipproduca d-Dikjarazzjoni ta Manhattan [Nov., 2009], itenni li “Christian moral teaching can be shown to be rationally superior to orthodox secular moral beliefs”.


        Hija premessa ta min ghandu twemmin sekularista, li r-raguni umana mhix fakulta biex il-bniedem jiskopri x’inhu t-tajjeb li ghandu jaghmel; imma, huwa juza r-raguni biex jikseb dawk il-mezzi li bihom ikun jista jilhaq dak li jixtieq – dak li tghidlu l-passjoni tieghu! Dan jikonfermah David Hume, filosofu li waqqaf is-sekularizmu modern, meta jghid li “Reason is and ought only to be slave of the passions, and may never pretend to any office other than to serve and to obey them”.


    Infatti ghas-sekularisti, z-zwieg huwa biss ftehim legali biex ihares l-emozzjonijiet tal-partijiet, li jistghu jkunu kemm ragel u mara kif ukoll tnejn ta l-istess orjentament sesswali! Il-permanenza, l-esklussivita u l-ftuh ghal hajja ma jaghmlux parti minn natura taz-zwieg, imma kollox huwa negozjabbli bejn il-partijiet – kollox jiddependi mir-rieda jew il-kunsens tal-partijiet f’dik l-esperjenza. 


    Fid-dawl ta dan, ma ghandnix insibu diffikulta niddeterminaw il-kawza principali tas-sitwazzjoni presenti taz-zwiegijiet u l-familji f’pajjizna! Hija l-filosfija sekularista b’morali utilitarista li iffumentat l-ghajta ghad-dritt ghall-abort, dritt ghad-divorzju, id-dritt taz-zwieg bejn zewg persuni ta l-istess sess, id-dritt li wiehed jghix hajtu minghajr hadd ma jindahalu, lanqas l-Istat!


        Effettivament il-kultura sekularista hija kultura li ggib ‘l quddiem is-suggettivismu morali u r-relattivismu! Jekk ma noqghodux attenti, xi drabi anke xi diskors dwar il-primat tal-kuxjenza jista jkun ixaqleb lejn is-suggesstivismu pur! Mhuwiex biss il-Papa Benedettu XVI li sikwit iwissi kontra d-dittatura tar-relattivizmu morali u li din hija triq perikoluza, imma ukoll certi esponenti sekularisti qed jammettu li fl-ahhar mill-ahhar ir-relattivizmu ma huwiex konsistenti ma hafna claims morali taghhom stess, bhalma huwa fil-kaz tad-dritt ghall-abort, id-dritt ghal liberta sesswali, id-dritt ghal mewt.


        Mhux biss is-sekularisti sincieri jinsabu fi krizi, imma il-filosofija taghhom bil-pretensjonijiet li gabet maghha, dahlet u qed iddahhal fi krizi s-socjeta taghna!


        Il-hassieb MacIntyre ixxebbah ic-civilta ewropea u Amerikana ta zmienijietna ma zmien li wassal  lill-Imperu Ruman f’dik l-epoka maghrufa bhala “z-zmienijiet tad-dlam” ddominat mill-barbari li ahna mdorrijin nassocjaw ma dawk li kienu jaharqu l-bliet, l-rhula u d-djar! Illum, il-barbarismu huwa forza ta hsieb li mhux biss qieghed innizzel gharkubtejjhom istituzzjonijiet u strutturi politici kbar, imma qed jharbat in-nies u l-familji taghna! Kif ikompli josserva MacIntrye issa “the barbarians are not waiting beyond the frontiers; they have been governing us for quite some time. And it is our lack of consciousness of this that constitutes part of our predicament”.


        Ghalhekk, jekk tassew irridu naghmlu xi haga biex nilqghu kontra il- mewga ta tkissir taz-zwiegijiet u l-familji, filwaqt li huwa tajjeb li jsiru interventi biex jigu ndirizzati l-issues familjari partikulari, nemmen li hija urgenti l- “pastorali tal-hsieb”. Huwa fatt posittiv li fostna ghandna diversi hassieba li, ghax huma konvinti li l-filosofija kristjana hija cavetta valida biex jinterpretaw ir-realta, taw u qed jaghtu kontribut fit-tiswir ta hsieb san. Ghandna naghtu aktar spazju lil dawn il-persuni, anke fil-Knisja, biex il-hsieb ikompli jiddakkar b’dakkir tajjeb!


Imbaghad huwa importanti d-djalogu ma dawk li kollha li ghandhom fakulta li jghagnu l-hsieb u jiehdu decizjonijiet, jigifieri mal-hassieba, dawk li jghallmu, in-nies tal-kultura, tal-politika, tal-media, biex fi spirtu ta tfittix sincier naghrfu l-fallaci ta certi posizzjonijiet li qed jittiehdu u niskopru dak li ghandna naghmlu ghal harsien taz-zwieg naturali a bazi ta certezzi, valuri u  principji etici sodi. 


        Kull vizzjoni, ghazla jew azzjon fir-rigward taz-zwieg u l-familja, titlaq minn hsieb jew konvinzjoni. Billi l-hsieb jissawwar f’kuntest kulturali partikulari, nifhem li tkun  ghaqal ghal min irid ihares iz-zwieg u l-familja, li kif sehh fl-imghoddi anke llum, inkomlu ninvestu aktar “fl-emergenza edukattiva”

IL-MARA EDUKATTRICI TAL-QALB U TA' L-ISPIRTU

Fl-okkazzjoni tal-Jum Dinji ta talb ghan-nisa kattolici, organizzat mill-Azzjoni Kattolika fid-djocesi t’Ghawdex il-bierah it-Tlieta 17 ta Mejju 2010, l-Isqof Mario Grech mexxa koncelebrazzjoni fic-Centru ta l-Azzjoni Kattolika u fl-omelija wassal dan il-messagg:


Fil-familja, il-mara hija edukattrici tal-qalb u ta l-ispirtu. Filwaqt li l-formazzjoni intellettwali tista tigi delegata lil haddiehor bhalma jigri meta nibghatu lil uliedna fl-iskejjel, il-formazzjoni affettiva u dik spiritwali fil-familja hija hidma partikulari tal-mara. 

Il-bniedem u s-socjeta jsofru telfa kbira jekk fiz-zwieg u fil-familja ma tibqax tinhass il-presenza tal-mara. Huwa minnu li llum anke l-hajja tal-mara saret aktar mghagla u mghobbija bil-konsegwenza li mhux dejjem jibqalha l-hin u s-sabar biex toffri presenza ta kwalita lil membri tal-familja; imma jibqa l-fatt li xejn u hadd ma jista jiehu post l-imhabba u d-dehen tal-genju feminili fil-familja. Fejn il-mara hija assenti, l-vojt taghha jinhass.

Bil-kelma taghha kif ukoll bl-istess silenzju attent taghha, hija kapaci tfarrag u ssahhah il-qlub midruba. Il-generosita kbira u d-disponibilita taghha biex dejjem tinghata lill-ohrajn joffru ezempju mill-aqwa biex dawk ta madwarha jissahhu fil-virtu ta l-imhabba.

Il-mara hija l-ewwel katekista fid-dar li taf titkellem dwar Alla ma zewgha u ma uliedha. Ebda teologu jew predikatur ma jista jkun effettiv fix-xandir tal-Kelma t’Alla daqs il-mara fil-familja li taf issib il-waqt u l-mod kif  taghmel lil Alla prezenti fil-hajja ta kuljum ta dawk ta madwarha. Hija l-mara lib l-intuwizzjoni taghha, taf issus mal-membri tal-familja biex jimxu fid-dawl tal-ligi t’Alla. Fuq kollox, il-mara hija dik li tigbor lil familja ghat-talb u bis-semplicita taghha twassal lil ohrajn jitkellmu ma Alla.

Ghalhekk, nappella lin-nisa kattolici biex ma jitraskurawx din il-missjoni taghhom fil-familja ghax is-sehem taghhom huwa determinanti fil-binja tal-karattru ta hafna.


GĦELUQ TAS-SENA SAĊERDOTALI


Għeżież Saċerdoti,

Wasalna biex nikkonkludu s-Sena Saċerdotali. Matul din is-Sena kellna diversi mumenti flimkien fejn tlabna u rriflettejna dwar id-don tal-presbiterat. Jien konvint li l-attivitajiet komunitarji li kellna kienu msieħba minn talb u riflesssjoni personali biex kull wieħed minna jimpenja ruħu biex jgħix bil-fedeltà s-sejħa u l-ministeru tiegħu. Dan l-eżerċizzju kien utli dejjem, imma huwa metieġ aktar illum meta qegħdin niltaqgħu ma’ sfidi serji ħafna.

Qed niġu kontinwament konfrontati minn mistoqsijiet dwar l-identità tagħna s-saċerdoti. L-istess essenza tas-saċerdozju mhux dejjem ċara u għalhekk wieħed ma jiskantax jekk ikun hemm ċerti ċedimenti fil-ministeru. Agere sequitur esse! Jekk l-essere huwa mċajpar jew defiċjenti, imbagħad ċerti atteġġjamenti u pożizzjonijiet jinftehmu!

Għandna mbagħad l-isfida fina li qed tagħmlilna s-soċjetà sekularizzata u lajċista li qed ngħixu fiha. L-istennija jew l-aspettattivi li għanda s-soċjetà mis-saċerdot kotru fil-għadd u fil-kwalità. Huwa fatt li aktar ma qed jitnaqqar is-sens tas-sagru mis-soċjetà, aktar qed iħarsu lejn is-saċerdot bħala funzjonarju soċjali. Forsi mingħajr ma nintebħu, dawn l-eżiġenzi soċjoloġiċi jimbuttawna biex anke r-reliġjon, li tagħha aħna ministri, nippreżentawha bħala risposta pragmatika għall-problemi ta’ llum. Indirettament dan jista’ jwassalna biex nagħmlu kompromessi mal-Vanġelu u l-Maġisteru.

Imbagħad hemm l-isfida li qed toffrilna l-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida. Qed ikollna nħabblu rasna mhux biss dwar għażla ta’ kontenut, linġwaġġ, metodoloġija u proposti pastorali, imma wkoll dwar in-numru ta’ saċerdoti li jistgħu jkomplu jħaddmu l-“apparat” ekkleżjali attwali. Waqt li s’issa għadna nimbuttaw sistema li kienet twieġeb għall-bżonnijiet spiritwali u reliġjużi ta’ lbieraħ, dan mhux ser ikun aktar possibbli meta nqisu li l-età tas-saċerdoti qed dejjem togħla u n-numru jonqos.

Dawn huma ftit riflessjonijiet li xtaqt naqsam magħkom fi tmiem din is-Sena Saċerdotali, li nixtieqha tkun l-ftuħ ta’ era saċerdotali ġdida li matulha aħna nkomplu nsaħħu r-rabta tagħna ma’ Ġesù Kristu u bejnietna bħala presbiterju djoċesan.

Għalhekk nistiednek għaċ-ċelebrazzjoni tal-għeluq djoċesan tas-Sena Saċerdotali nhar il-Ġimgħa li ġejja, 11 ta’ Ġunju. Niltaqgħu fis-Seminarju – id-dar tal-formazzojni tagħna -  fejn fl-4.30pm nirreċtaw it-talba tal-Għasar quddiem Ġesù Ewkaristija. Imbagħad nimxu proċessjonalment wara l-Ewkaristija lejn il-Parroċċa tal-Fontana fejn ikollna ċelebrazzjoni tal-Kelma, u konsagrazzjoni tagħna lill-Qalb ta’ Ġesù. Għal dan il-għan intom mistiedna ġġibu magħkom alba u stola bajda.

Nieħu l-okkażjoni wkoll biex inħeġġiġkom titolbu għall-ordinandi tagħna fl-okkażjoni tal-Ordinazzjoni Presbiterali ta’ żewġ djakni (nhar il-Ħadd 13 ta’ Ġunju) u l-Ordinazzjoni Djakonali ta’ sitt seminaristi (nhar il-Ħadd 20 ta’ Ġunju). Se ssir Velja ta’ talb fis-Seminarju nhar is-Sibt 12 ta’ Ġunju fid-9.00pm. Jalla l-Mulej ikompli jżejjen id-djoċesi tagħna b’kotra ta’ vokazzjonijiet saċerdotali, reliġjużi u ta’ lajċi kkonsagrati.

Il-Mulej Ġesù jħariskom u jżommkom fil-Qalb tiegħu.


4  ta Gunju, 2010      

+ Mario Grech