Sat, 24 Apr 10

Merhba u Prosit

Nhar il-Hadd 25 ta` April kellna maghna lill-volontari ta` Dar Guzeppa Debono.  Qabel il-Quddiesa tal-10.30 ta` filghodu, Miss Maria Attard, fundatrici tad-Dar, qalet kelmtejn dwar il-hidma li saret matul dawn l-ahhar 25 sena.  Anke l-parrocca tal-Fontana bbenefikat mill-hidma ta` Dar Guzeppa Debono u fl-istess hin Dar Guzeppa Debono bbenefikat mill-parrocca tal-Fontana.  Tfajliet ommijiet flimkien mal-qraba u trabi taghhom ircevew ghajnuna siewja mid-Dar, mhux biss imma genituri mill-parrocca tal-Fontana ghal xi zmien ghamlu fostering lil trabi jew tfal zghar.  Ohrajn ghinu volontarjament f`dak kollu li kellha bzonn id-Dar.  Studenti fl-imghoddi u anke llum imorru f`din id-Dar ghal-laqghat ta` formazzjoni marbuta mal-valur tal-hajja, id-dinjita` u l-harsien taghha.  Uhud minn dawn l-istudenti jaghmlu wkoll xoghol volontarju mad-Dar u fosthom hemm min qed jaghmlu progetti ta` l-istudji dwar il-hidma li taghmel Dar Guzeppa Debono.   Wara l-Quddies, fuq iz-zuntier tqassam materjal stampat, kif ukoll min xtaq seta` jikseb informazzjoni u materjal iehor dwar il-katina ta` talb marbuta mal-hidma ta` Dar Guzeppa Debono u l-hidma kollha li ssir fid-dinja favur il-harsien tal-hajja umana. 

Introduzzjoni ta` Maria Attard fil-Quddiesa tal-10.30am