Sat, 19 Jun 10

Quddiesa li fiha tkanta t-Te Deum u gie amministrat is-sagrament tad-Dilka tal-Morda

Nhar is-Sibt 19 ta' Gunju, is-sacerdoti novelli Dun Noel Debono u Dun Maximillian Grech mexxew il-Quddiesa li ghaliha kienu mistiedna b'mod specjali l-anzjani tal-parrocca u dawk li qeghdin f'dar Sant'Anna fl-isptar.  Dun Maximillian Grech mexxa l-Quddiesa waqt li Dun Noel Debono ispirat mil-Liturgija tal-Kelma ghamel omelija dwar il-fiducja tan-nisrani f'Alla.   Wara t-Tqarbin bhala att ta' ringrazzjament komunitarju tkanta t-Te Deum, Innu ta' Radd il-Hajr lil Alla.  Fi tmiem il-Quddiesa, is-sacerdoti novelli amministraw is-sagrament tad-dilka tal-morda u wara kulhadd kien mistieden ghal agape fis-sala tal-Komunita' tal-Kunsill Lokali tal-Fontana.