O Gesu ta’ Qalb Imqaddsa
Maghmul bniedem ghall-bnedmin
Ghax mixghul bi kbira mhabba
Tnaddaf ridt lill-midinbin.

Naghtuk qalbna naddafhielna
Zejjinhielna bil-virtu’,
Int heggigha b’kull imhabba,
Nitolbuk mahbub Gesu.
1 Pater, 5 Glorja.

Gjak. Qalb ta’ Gesu hanina,
Aghmel li mhabbtek tikber fina.

O Gesu ta’ Qalb wisq helwa
Illi ridt tmantnina bik,
Tajtna gismek, tajtna demmek,
Tajtna kull ma jinsab fik.

Kun hawn fl-art mela hobz taghna
Kun l-ghajnuna f’din it-triq
Sabiex naslu gewwa l-genna,
Kif il-Qalb tieghek tixtieq.
1 Pater, 5 Glorja.

Gjak. Qalb ta’ Gesu hanina,
Aghmel li mhabbtek tikber fina.

O Gesu ta’ Qalb hanina
Li ghalina wisq batejt
Xewk flagelli u salib ahrax
Biex int b’demmek lilna fdejt.

Minn dil-fidwa seham aghtina
Ahfer int taghna l-htijiet,
Ruhna qaddes,zommha mieghek
Sakemm naslu fis-smewwiet.
1 Pater, 5 Glorja.

Gjak. Qalb ta’ Gesu hanina,
Aghmel li mhabbtek tikber fina.


O Gesu ta’ Qalb divina
Ta’ missierek fil-lemin
Qieghed inti tistenniena 
Biex taghmilna bik henjin.


Kun int mela l-hlas minn taghna
Gewwa s-saltna ta’ kull gid
Wara hajja u mewta tajba,
Skond kif Qalbek minna trid. 
1 Pater, 5 Glorja.

Gjak. Qalb ta’ Gesu hanina,
Aghmel li mhabbtek tikber fina.

O Gesu ta’ Qalb imhegga
Tahseb fian kull mument,
Ghalhekk Qalbek int urejtna
Mill-Imqaddes Sagrament.

Ma’ Marija Margerita
Nizzuk hajr u nitolbuk
Iddahhalna Ikoll go Qalbek
Fejn ghal dejjem inhobbuk. 
1 Pater, 5 Glorja.

Gjak. Qalb ta’ Gesu hanina,
Aghmel li mhabbtek tikber fina.


Mal-Qalb taghkom l-aktar safja
Deh! Guzeppi u int Marija,
Ghaqqdu f’taghkom il-qalb taghna
Biex b’Gesu tkun biss mimlija.

Kif qalb wahda ghextu mieghu
Fost il-ghozza tal-virtu
Aghmlu deh! li qalbna dejjem
Tghix fil-qalb minn ta’ Gesu’.

Hekk ikun. 
Kredu.


Litanija tal-Qalb ta' Gesu

Mulej, hniena,
Kristu, hniena,
Mulej, hniena,
Kristu, ismaghna,
Kristu, ilqa' t-talb taghna,

Missier Etern, Alla, Henn ghalina

Iben Alla, li fdejt id-dinja,
Spirtu s-Santu, Alla,
Trinita' Qaddisa, Alla wiehed,
Qalb ta' Gesu, Bin il-Missier Etern Alla,
Qalb ta' Gesu, imsawra fil-guf ta' Omm Vergni
bil-qawwa ta' l-Ispirtu s-Santu,
Qalb ta' Gesu. maghquda haga wahda ma' l-Iben t'Alla,
Qalb ta' Gesu, ta' kobor bla qies,
Qalb ta' Gesu, tempju qaddis ta' Alla,
Qalb ta' Gesu, tabernaklu ta' l-Aktar Gholi,
Qalb ta' Gesu, dar t'Alla u bieb tas-sema,
Qalb ta' Gesu, huggiega taqbad ta' mhabba,
Qalb ta' Gesu, gabra tal-haqq u ta' l-imhabba,
Qalb ta' Gesu, mimlija bit-tjieba u bl-imhabba,
Qalb ta' Gesu, fejn jinsabu l-virtujiet kollha,
Qalb ta' Gesu, li jixirqilha kull fohrija,
Qalb ta' Gesu, sultana u ghaxqa tal-qlub kollha,
Qalb ta' Gesu, fejn jinsabu t-tezori kollha tas-sapjenza u tal-gherf,
Qalb ta' Gesu, fejn tghammar il-milja kollha tad-Divinita,
Qalb ta' Gesu, fejn il-Missier Etern isib il-ghaxqa tieghu,
Qalb ta' Gesu, li mill-milja taghha ahna ikoll hadna,
Qalb ta' Gesu, xewqa tal-holqien minn dejjem,
Qalb ta' Gesu, moghnija bis-sabar u bl-akbar hniena,
Qalb ta' Gesu, ghanja ma' kull min isejjahlek,
Qalb ta' Gesu, ghajn tal-hajja u tal-qdusija,
Qalb ta' Gesu, tpattija ghal dnubietna,
Qalb ta' Gesu, mimlija biz-zeblih,
Qalb ta' Gesu, minfuda bil-lanza,
Qalb ta' Gesu, ghajn ta' kull farag,
Qalb ta' Gesu, hajja u qawmien taghna mill-mewt,
Qalb ta' Gesu, paci u mahfra taghna,
Qalb ta' Gesu, vittma ghall-midinbin,
Qalb ta' Gesu, sahha ta' Kull min jittana fik,
Qalb ta' Gesu, tama ta' kull min imut fi hdanek,
Qalb ta' Gesu, ghaxqa tal-qaddisin kollha,
 
Haruf t'Alla, li tnehhi d-dnubiet tad-dinja,
Ahfrilna, nitolbuk, Mulej.
Haruf t'Alla, li tnehhi d-dnubiet tad-dinja,
  Ismaghna, nitolbu, Mulej.
Haruf t'Alla, li tnehhi d-dnubiet tad-dinja,
  Henn ghalina.
 
V. Gesu ta' Qalb helwa u umli.
R. Aghmel li qalbna tixbah lil Qalbek.
 
Nitolbu.
O Alla ta' dejjem li tista' kollox, hares Lejn il-Qalb tal-mahbub Iben tieghek u lejn it-tifhir u t-tpattija li jaghtik f'isem il-midinbin, u lilhom, waqt li jitolbu l-hniena tieghek, aghtihom il-mahfra fl-isem ta' l-istess Ibnek Gesu Kristu Sidna, li mieghek jghix u jsaltan ghal dejjem ta' dejjem. Amen.