Festa

 

L-GHAJN IL-KBIRA

FONTANA - 2009

Harga ta' L-Ghajn il-Kbira

fl-okkazjoni tal-Festa

Parrokkjali 14 ta' Gunju 2009,

tal-Festa Liturgika

tal-Qalb Imqaddsa Gesu

19 ta' Gunju 2009

u tal-100 Sena ta'

l-istatwa tal-Patrun

Sant' Indrija

 

 

~~~~~~~~~~

Messagg ta' l-Amministratur Parrokkjali

X’JIGIFIERI TAWGURA L-FESTA TAJBA TAL-QALB TA’ GESÙ?

Ghaddiet iktar minn sena minn meta gejt fostkom u sibt ruhi maghkom nipprepara ghall-festa. U  kelli x-xorti nhoss maghkom dak li intom thossu ghall-Qalb ta’ Gesù.

Nistqarr li fil-bidu kollox kien gdid ghalija, mhux biss in-nies imma wkoll l-esperjenza pastorali diretta ta’ raghaj. Imma issa li ghixt maghkom nista’ nghid li fil-fond tal-qalb ta’ dan ir-rahal skoprejt din il-ghanja li nixtieq naqsamha maghkom…

“Ejjew ghandi”… U ahna gejna ghandek Mulej. Obdejniek. Wasalna sas-Santwarju tieghek. Dhalna gewwa u fix-xbieha tal-Qalb tieghek u fic-celebrazzjoni tal-Ewkaristija u fl-Adorazzjoni … stajna nifhmu ahjar x’ridt tghid bil-kelma “Ejjew ghandi”.

Gejna ghandek ahna “mhabbtin u mtaqqlin”. Biex? Bil-hafna problem, bid-diffikultajiet li nhabbtu wiccna maghhom fil-hajja ta’ kuljum. Gejna bil-problema ta’ nuqqas ta’ paci f’qalbna, fil-familja… bin-nuqqas ta’ ferh li hemm jaghfas fuq qalbna…. bil-mard u x-xjuhija, b’xi disappunt, bil-mewt u bil-biza’ tal-mewt li dejjem ifieru lil qalbna… b’dawk is-slaleb tqal li kultant inhossuna mghaffgin tahthom…

Ma gejniex ghandek biss ghax ahna nies imhabbtin u mtaqqlin u m’ahniex soddisfatti bina nfusna. Gejna ghax tajtna r-raguni ghaliex ghandna nigu! X’inhi?  Biex “jiena nserrahkom”. Kliemek hadnieh bis-serjetà. U minn gimgha ghal gimgha, minn sena ghal ohra, bqajna gejjin ghandek nittallbu ghax fik biss hemm dan is-serhan, il-mistrieh.

Dan kollu kien migbur fil-karba li kienet ittaqqal u fl-istess waqt tferrah lil Qalbek: “Ejjew ghandi, intom ilkoll li tinsabu mhabtin u mtaqqlim, u jiena nserrahkom” (Mt 11,28).”

U ghal din l-ghanja lill-Mulej nixtieq nirringrazzja minn qalbi lil dan il-poplu ghax jiena mieghu komplejt dejjem niskopri l-Qalb ta’ Gesù. Nghid ghalija li dan kien l-ikbar rigal li jiena stajt nircievi minn meta Mons. Isqof Mario Grech poggieni fostkom bhala amministratur parrokkjali.

Jalla l-Festa 2009 tkompli tqarribna lejn din il-Qalb u jalla ohrajn isibu ghalihom dak li hafna minna digà skoprew. Huwa hawn s-sugu tal-awgurju ta’ Festa Tajba lil kulhadd.

Dun Alex Refalo

Amminstratur Parrokkjali
 

~~~~~~~~~~

Messagg tas-Sindku

 B'HARSA 'L QUDDIEM

Ghal darb’ohra qeghdin fil-jiem sbieh tal-Festa Titulari tal-Qalb ta’ Gesù, li ghaliha hija ddedikata l-Parrocca taghna. Ghalhekk jien ilqajt bil-qalb kollha l-istedina li ghamilli l-Amministratur Parrokkjali Fr. Alex Refalo biex nwasslilkom dan il-messagg. Barra minn hekk matul din is-sena wkoll ser jigi mfakkar l-mitt sena mill-wasla ta’ l-istatwa tal-patrun taghna Sant’ Indrija, kif ukoll qed joqrob iz-zmien li jinfethu l-festi centinarji li jfakkru gheluq l-mitt sena mit-twaqqif tal-Parrocca ghaziza taghna li sar nhar is-27 ta’ Marzu 1911, u li missirijietna tant hadmu biex twettqu.

 Ghalhekk iktar minn qatt qabel, kemm bhala kunsill kif ukoll bhala Parrocca ghandna nahdmu fejn hu possibbli flimkien biex ingibu r-rahal taghna aktar ’il quddiem kemm f’dak li hu materjali kif ukoll f’dak li hu spiritwali.

Bhala Kunsill matul din l-ewwel sena ta’ hidma ta’ din is-sitt legislatura tkomplew jsiru attivitajiet socjo-kulturali f’Malta u f’Ghawdex ghal diversi kategoriji, dan flimkien ma’ harga ta’ jum ghal Sqallija. Saru wkoll korsijiet fix-xoghol tal-bizzilla u ganutell. Tkompliet ukoll tigi offruta l-ikla ta’ nofsinhar fl-okkazjoni tal-Milied u tal-festa kif ukoll it-tizjin tal-Milied f’parti minn Triq il-Ghajn u t-Toroq J.Gaspard le Merchant u Kardinal A. Franchi.

Dwar xoghlijiet li hemm l-hsieb li jsiru saru l-applikazzjonijiet lil MEPA ghal permess biex tigi restawrata l-Ghajn ta’ Bendu u biex tinbena replika tal-Ghajn tal-Logog fi Pjazza l-Ghejjun. Gie wkoll mitlub il-permess biex titkompla it-tieni fazi tal-progett ta’ passagg bil-gebla tal-qawwi fi Triq Wied Siekel. Ghal dan il-progett flimkien ma’ dak ta’ tarf Triq Ghajn Tuta li jwassal sa Wied il-Lunzjata saru l-applikazzjonijiet bl-ghajnuna tal-MEUSEC  ghal  fondi mir-“Rural Development Fund” tal-Unjoni Ewropea. L-istess sar ghat-tindif u r-riabilitazzjoni ta’ Wied ix-Xlendi li sar flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Munxar.

Dan l-ahhar il-kunsill approva wkoll li ssir sistema gdida tad-dawl fi Triq l-Isptar San Giljan permezz ta’ fanali dekorattivi. Biex tkun attrezzata ahjar is-sala tal-Komunità nxtraw mitt siggu halli jintuzaw ghall-attivitajiet li jigu organizzati fiha u li anke issa ser tista’ tkompli tintuza mill-Parrocca. Fuq talba tal-Kunsill Lokali l-poplu tal-Fontana seta’ jivvota, did-darba ghall-elezzjoni ghal Membri tal-Parlament Ewropew,  fil-lokalità taghna peress li l-postijiet tal-votazzjoni kienu fil-Belt Victoria.

Matul din is-sena wkoll minbarra li bhas-soltu gie mfakkar Jum il-Fontana, saret ukoll it-tifkira tal-hmistax-il sena mit-twaqqif tal-kunsill lokali. Wiehed jista’ jghid li l-kunsill kien ta’ gid kbir ghall-lokalita’ taghna tant li s-sena li ghaddiet rega’ ghal darb’ohra gie l-ewwel fir-rapport li jsir mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali.

Ghal din l-okkazjoni saret ghall-ewwel darba wirja ta’ artigjanat mahdum fil-Fontana. Min hawn nixtieq nirringrazzja lil dawk li hadu sehem, b’hekk setghet tkun success, tant li l-Kunsill approva li ssir wirja ohra dwar il-festa u l-kult tal-Qalb ta’ Gesù.

“Gieh il-Fontana” din is-sena nghata lill-ahwa Georgia u Karmena Galea, bhala rikonoxximent tal-hidma li ghal snin twal ilhom jwettqu fil-Parrocca. Ma nistax ukoll  ma nsemmix li f’dawn il-granet zewg sacerdoti benefatturi kbar tal-Parrocca fakkru gheluq il-50 sena mill-ordinazzjoni sacerdotali taghhom. Dawn huma Mons. Lorenzo Xerri ex-Kappillan li matul il-parrokat tieghu tkabbret il-knisja parrokkjali bil-bini tan-navi u Mons. Ruzar G. Borg, li jaghti l-hidma tieghu fil-Parrocca kif ukoll fid-djocesi.  Xi snin ilu dawn it-tnejn gew wkoll onorati mill-Kunsill bl-ghoti ta’ “Gieh il-Fontana”. Ad Multos Annos.

Mhux possibbli li wiehed jsemmi kollox ghalhekk fl-ahharnett nixtieq nerga’ ntenni l-appell li ghamilt darb’ohra biex dawn il-festi ihallu ghaqda u sliem. Hekk il-Qalb Mqaddsa ta’ Gesù tiehu l-akbar unur u gieh li jisthoqqilha. F’ismi u f’isem il-kunsilliera kollha nawgura lil kulhadd il-festa t-tajba.

Saviour Borg

Sindku

~~~~~~~~~~

Messagg f' isem Radio Sacro Cuor

RADIO SACRO CUOR JAGHLAQ 10 SNIN

Intervista lill-Kappillan Emeritu Kan. George Bezzina

Dun Gorg, llum Radio Sacro Cuor qed jicelebra l-10 Anniversarju mill-ftuh tieghu. X’kien li gaghlek tiftah radju tal-Komunità fil-Parrocca taghna?

Jien kien ilni digà madwar hames snin naghmel il-programm “Nisimghek” fuq l-R.T.K. u rajt x’potenzjalità kbira fih dan il-mezz ta’ komunikazzjoni socjali. Barra minn hekk gharaft ukoll li l-pulptu taghna dak iz-zmien, - ahseb u ara illum, 10 snin wara – ma kienx ghadu l-ambone fil-knisja, daqskemm ir-radju.

Mir-rispons li kien ikolli minn bosta Maltin u Ghawdxin kif ukoll barranin, gharaft kemm hutna li jghixu wehidhom xi drabi mahkumin mis-solitudni; kemm il-morda fl-isptarijiet, fid-djar tal-anzjani u fi djarhom; kemm nies li forsi ma jistghux jew ma jsibux hin biex imorru jisimghu konferenza f’xi post – jistghu jsibu l-farag u s-solljev tat-tbatija minn djarhom stess permezz tar-radju.

Jien li kien ilni kwazi disa’ snin Kappillan tal-Parrocca tal-Qalb ta’ Gesu, gharaft li fil-Parrocca taghna, bhal kull parrocca ohra, tezisti ukoll din ir-realtà. Allura tlabt u hsibt x’possibbilità hemm li fil-Komunità jkollna radju, fejn kulhadd u f’area akbar mit-territorju parrokkjali taghna - li hu pjuttost zghir - nistghu noffru dan is-servizz.

Minnufih u bla telf ta’ zmien, avvicinajt lis-Sur George Schembri biex nara x’possibilità hemm li din il-holma u x-xewqa tirrealizza ruhha, u mal-ewwel sibt appogg kbir. Anzi kienet l-offerta tieghu li joffri l-licenzja persunali tieghu ghas-servizz tal-Parrocca. U ta’ dan minn qalbi nixtieq rroddlu hajr u nitlob fuqu l-Barka tal-Qalb ta’ Gesu, ghal tant u tant gid li hareh mir-Radio Sacro Cuor matul dawn l-ghaxar snin ta’ trasmissjoni.

X’diffikultajiet kellek thabbat wicek maghhom?

Id-diffikultajiet kienu bosta. Kien hemm dawk ekonomici, kien hemm dawk tat-tmexxija responsabbli tax-xandir, u kien hemm ukoll kumbatt minn gewwa, ta’ dawk li ma fehmux x’ifisser Radju Komunitarju jekk mhux ukoll rawh bhala lussu zejjed jew anke biex ma nkunux ahjar minn haddiehor. Niftakru li dan kien wiehed mill-ewlenin Radji Komunitarji fil-gzejjer taghna, jekk mhux sejjer zball kien il-hames wiehed wara dawk tan-Nadur, tal-Qala, tax-Xewkija u tax-Xaghra.

Nibdew bid-diffikultajiet ekonomici: Biex tiftah Radju huma mehtiega il-finanzi. U jien bl-ebda mod ma ridt inkun ta’ piz fuq il-parrocca u l-parrucani li dejjem sibthom lesti b’idejhom miftuha biex joffru l-ghajnuna ghall kull appell li kont naghmlilhom. Min-naha l-ohra wiehed irid izomm quddiem ghajnejh li ma kienx Radju Kummercjali, u allura ma kienx hemm possibilità ta’ dhul mir-reklami, apparti li fil-parrocca ftit hemm possibilità ta’ reklamar ghall-fatt li ftit li xejn huma l-hwienet jew stabilimenti li jezistu fit-territorju parrokkjali. Imma l-ghajnuna tal-Qalb ta’ Gesu ma naqsitx – u dan kien konferma ghalija kemm Gesu ried li l-Parrocca thaddan dan il-metodu gdid ta’ Evangelizazzjoni gdida. U dawk li kienu mdorrijin isegwuni fil-programm “Nisimghek” fehmu l-iskop u l-importanza tar-Radju u bdew jaghtu donazzjonijiet (apparti mill-parroccani) biex jitwaqqaf fl-iqsar zmien possibbli.

Nghaddu ghad-diffikultajiet ta’ tmexxija responsabbli: Diffikultà li habbatt wici maghha qabel il-ftuh tal-istazzjon kienet kif ser nghaddi l-vizjoni tieghi lill-ohrajn. Minghajr vizjoni cara u konvinzjoni, wiehed ma jistax ikun daqstant responsabbli. U jien fhimt, li bhala bniedem wahdi ma stajtx noffri dak li xtaqt. Allura ghamilt appell lil min jixtieq joffri servizz fir-radju, biex jigi ghal-laqgha li nzammet fic-centru. Bqajt sorpriz bin-numru ta’ voluntieri mhegga li gew ghal din il-laqgha u dan baqa’ jzidli l-hegga u d-determinazjoni tieghi ghal dan l-istazzjon. Però d-diffikultà li fegget kienet li ftit li xejn dawn l-individwi kienu mharrga ghal dan l-appostolat gdid. Imma jien dejjem emmint, li jekk trid tharreg nies f’xi hidma, aghtihom cans jiskopru dak li hemm mohbi fihom u b’hekk jakkwistaw huma wkoll certu tahrig esperjenzali.

Shaqt hafna maghhom fuq ir-responsabbilità ta’ dak li jkunu ser jittrasmettu. Kull wiehed u wahda minna hu responsabbli ta’ dak li jghid, tal-messagg li jrid jwassal. Bl-ebda mod ma kont qed nohnoq jew nillimita lil xi hadd; imma li kulhadd irid ikun responsabbli. Ghalhekk il-programmi ghandhom jithejjew bit-talb, bl-imhabba lejn is-semmiegha u lejn kull min ikun ser jissemma.

Insemmi wkoll il-kumbatt minn gewwa: Jien kont nistenna li mhux kulhadd kien ser ikun kuntent, specjalment dawk li ma jifhmux bizzejjed l-importanza li radju komunitarju jokkupa fil-hajja pastorali. Mhux kulhadd kien konxju ta’ dan! Imma kont niddejjaq meta wiehed jikkritika u jopponi forsi bla bzonn. Imma l-konvinzjoni tieghi baqghet timbuttani biex nimxi ’l quddiem, sakemm din il-holma saret realtà. Bosta mbaghad kienu dawk li filwaqt li fil-bidu kienu kritici, imbghad setghu jifhmu l-ghaliex ridt indahhal ir-radju komunitarju.

Kien hemm xi mumenti ta’ sodisfazzjon?

Nacertak, li mhux biss kien hemm mumenti ta’ sodisfazzjon, imma wkoll mumenti ta’ sorprizi kbar. X’ma thossox hena f’qalbek, meta tisma’ l-anzjani, l-morda u dawk li ma johorgux mid-dar li jisimghu u jsegwu kollox! Kont issibhom mkahhlin mar-Radju, u huma stess icempluli biex jghiduli li jew xi haga mhix sejra sew, jew kemm kien ta’ pjacir ghalihom it-tali programm. Bosta kienu jghidu kemm tghallmu permezz tar-Radju, ghax kellhom hin isegwuh il-gurnata kollha, u mhux biss ghal xi konferenza jew priedka. Ohrajn kienu jistqarru li qishom qeghdin il-knisja u allura mhux aktar maqtugha mill-komunità, anzi partecipi f’dak kollu li jkun qed isehh. U xi nghid ghall-programmi li kienu jnisslu tbissima fuq wic min kien ikun imdejjaq u mtaqqal bit-tbatija u l-mard! Programmi bhal dawn kienu jistennewhom minn gimgha ghal ohra.

Semmejt is-sorprizi. Forsi mhix sorpriza meta tisma’ lil xi emigrant mill-Australia, l-Amerika jew l-Ingilterra fost l-ohrajn ikellmu lill-gheziez taghhom b’mod dirett f’xi programm live? Forsi mhix sorpriza meta tara kemm nies kienu jidhlu fil-website taghna u jhallu l-kummenti taghhom? U xi nghidu mbaghad ghal dik il-komunikazjoni bejn familja u ohra u dawk ir-recordings ta’ persuni anzjani li wara li ma jkunux ghadhom maghna jibqghu jinstemghu fuq ir-Radju! Forsi mhux ta’ konsolazzjoni meta familjari jibqghu jisimghu repetizzjoni ta’ xi programm li kienu hadu sehem fih xi hadd mill-gheziez taghhom (illum mejtin), u jibqghu jisimghuhom jitkellmu fuq iz-zmien tat-tfulija taghhom u tal-imghoddi!  Dan huwa l-arkivju ta’ dan ir-Radju li ghandu jinzamm bl-ikbar ghozza. certi programmi illum tixtieq kemm tixtieq ma taghmilhomx imma l-persuni jibqghu hajjin biss permezz tar-Radju. 

U xi nghidu ghal dawk il-mumenti meta wiehed seta’ jsegwi dawk il-funzjonijiet sbieh li kienu jinzammu fil-Knisja Santwarju taghna; funzjonijiet li setghu jgawdu maghna anke l-gheziez emigranti u dawk kollha li kellhom l-acess ghall-internet. Tassew meravilja li ma tafx konfini!

B’harsa ’l quddiem, ghandek xi suggeriment x’taghmel?

L-ewwel nett nghid grazzi minn qalbi lil kull min b’mod jew iehor ghen f’dawn l-ghaxar snin ta’ trasmissjoni. Bosta kienu d-diffikultajiet, imma wisq akbar is-sodisfazzjonijiet kemm ta’ kull min offra xi servizz kif ukoll ta’ min segwa ir-radju taghna.

U allura quddiem dan il-gid spiritwali u kulturali li jista’ jinkiseb permezz tar-Radju, jien nezortakom biex thabirku halli dan il-gid fi hdan il-parrocca jibqa’ u ma jintemmx fix-xejn. Nappella lil kull min jista’ jaghti sehmu billi ma jibqax lura u joffri xi programm, hu ta’ gid ghal komunita u anke ghalik innifsek ghax tkun tista’ tapplika il-kelmiet li “meta taghti, inti taqla’”. Niftakru li bosta warajna, imxew fuq il-passi taghna u dan jawgura tajjeb lir-Radju taghna. Ghaliex le, it-Tajjeb ghandu jigi imitat!

Ftakru li jekk sallum kienu l-gheizez genituri, nanniet u zijiet, morda u anzjani taghna li gawdew mir-Radju, illum jew ghada tista’ tkun int li ghad tfittex dan il-kenn u l-farag fir-Radju tieghek. Allura apprezza illum u aghti dak li tista’ biex din l-opra mhux biss tibqa’, imma tissahhah u tkun ta’ gid ghalina u wirt mill-aktar siewi ghal ta’ warajna. Tkunux indifferenti, imma ftakru kemm kien ta’ farag u kenn ghall-gheizez taghna li forsi illum ma ghadhomx maghna jekk mhux fil-qalb, fil-hsieb fl-imhabba u forsi fir-Radju b’xi intervista li hallewlna!!!

Jiena, filwaqt li f'dan l-Ghaxar Anniversarju minn qalbi nirringrazzja lil kull min ta s-sehem imprezzabbli tieghu ghas-success tar-Radju taghna, nixtieq ukoll b' harsa lejn il-gejjieni, nawgura aktar hidma specjalment lil dawk li fil-pre\ent u fil-futur ghadhom u ghad joffru dan is-servizz. Ghalhekk inhoss li nkun nonqos minn dmiri u \gur li intom taqblu mieghi jekk ma nirringrazzjax lis-Sinjorina Francine Spiteri li f'koordinament mas-Sur George Schembri tidderiegi l-imsemmi Radio Sacro Cuor

Francine, grazzi u kuragg. Anke meta tara l-maltemp riesaq, ftakar li bhala dirigenti trid tkun mhegga bi\\ejjed biex theggeg lil haddiehor. Naf li ghandek dan l-ispirtu, u nitlob lil Qalb ta' Gessù biex ikompli ikattar fik din il-hegga. Nixtieq ukoll nuri l-apprezzament tieghi lil min tant b'ugiegh ta' ras jorganizza l-lotteriji bhala fund raising, b'risq l-istess Radju.

Jien certissimu li b'din il-hidma mhux biss ghandkom sehem kbir mill-evangelizzazjoni u s-success ta' Radio Sacro Cuor, imma l-Qalb ta' Gesù

Fl-ahhar nixtieq minn qalbi nghid grazzi lis-semmiegha kollha u nheggigkom biex tkomplu ssostnu r-Radju bit-talb, bis-sehem u l-partecipazzjoni taghkom, bl-apprezzament u l-inkuraggiment lil min qed joffri dan is-servizz, u fl-ahhar, imma xejn inqas, bid-donazzjonijiet taghkom favur din il-hidma ta' evangelizzazzjoni tant mehtiega fi \mienna. U lil dawk is-semmiegha li ma ghadhomx maghna, u li tant ghenu ghas-success, nitolbu fuqhom il-mistrieh ta' dejjem fil-Paci ta' Kristu.

Il-Qalb ta' Gesù tberikkom lkoll.

Grazzi u Awguri Radio Sacro Cuor.

~~~~~~~~~~

Mill-Grupp ta' l-Adolexxenti

Johrog Grupp tal-Kitarri:

“Qlub Ferhana Fontanin”

Kienet ilha tinhass ix-xewqa li l-Parrocca jkollha grupp taghha ta’ kor religjuz. Fl-ahhar ix-xewqa saret realtà ghax mill-grupp ta’ l-Adolexxenti li jiltaqa’ kull nhar ta’ Hamis, hareg il-grupp biex jakkumpanja bil-kant u d-daqq il-quddies u xi okkazjonijiet ohra ta’ liturgija. 

F’Awissu li ghadda, fuq inizjattiva ta’ Dun Alex deher avviz fil-bullettin ghal dawk li huma interessati jiffurmaw parti minn grupp tal-kitarri li kellu jitmexxa minn Guza Cardona minn Sannat. L-appell intlaqa’ tajjeb u grupp ta’ tmien zghazagh u zewgt itfal bdew jiltaqghu regolarment ghal-lezzjonijiet fil-kant u d-daqq tal-kitarri.  U fi zmien kwazi rekord dan il-grupp ghamel id-debutt fil-quddiesa tat-tmienja u nofs nhar il-Hadd 21 ta’ Dicembru. L-isem li ntghazel kien ‘Qlub Ferhana Fontanin’ ghax id-daqq tal-kitarri waqt li jressaq il-qalb izjed lejn Alla jkompli jimlieha bil-ferh.

Maz-zmien ir-repertorju beda dejjem jizdied u jidher li dawk li jattendu ghal din il-quddiesa qed japprezzaw din l-innovazzjoni bil-partecipazjoni taghhom fl-akkumpanjament tal-kant. 

Minn qalbna nirringrazzjaw lil Guza Cardona tas-sagrificcji kbar taghha mhux biss talli tigi biex taghmlilna l-provi, imma wkoll talli takkompanjana waqt il-quddiesa tal-Hadd. Nawguraw li dan il-grupp ikompli jaghti s-servizz tieghu lil Alla b’dedikazzjoni u imhabba.

Thomas Bajada, f’isem shabu Marie Claired Bajada, Marlene Borg, Christian Bugeja, Riana u Donna Gatt, Sonia Schembri, Dianne Sultana u ckejknin Nicholas Sammut u Geremy Spiteri

~~~~~~~~~~

Sacred Heart Fontana Association

A Message from Australia:

As another year passes, we sit and reflect on the many changes that have taken place for the Sacred Heart Fontana Association of Victoria. Firstly, we have a new committee. After many years of diligent service, we have sadly farewelled Dolindo Sciberras as president and welcomed Emmanuel Cassar in his place. We also have a new treasurer, me and Ray Gatt as the Public Officr. And we also have a few changes in position, Taddea Cordina is now our Secretary and Frank Azzopardi is our Vice – President. We may have a new committee, but we still have the same dedication and commitment to making our Association stronger than before.

This year we look forward to welcoming our new statue to our feast. With luck and prayers we hope that it arrives in time for our feast. The statue will be an icon of our faith and commient to the Sacred Heart, as well as a reminder of the traditions and values of home. We would like to thank the people and village of Fontana for the amazing feast that they threw to welcome and bless our statue.

Thank You! Thank You! Thank You!

We would like to wish the village of Fontana an amazing feast for 2009. We send you our thoughts, our prayes and even through we word hard to have our own feast here in Australia, not a moment goes by when we are not thinking of home. The weekend of the feast in Fontana brings a tear to the eyes, to know we cannot always be there to celebrate with you all 

We wish you all a happy feast and as we always shout Viva il-Qalb ta’ Gesu

Maryanne Schembri

Treasurer – Sacred Heart Fontana Association

 

HOLMA SSIR REALTÀ

L-Istatwa tal-Qalb ta’ Gesù Fl-Awstralja

“Kienet ilha tberren go mohhna l-idea li nimitaw lill-kumpatrijotti Maltin u Ghawdxin fl-Awstralja u nordnaw statwa ahna wkoll bhala komunità mill-Fontana ahna li ghandna bhala titular il-Qalb Imqaddsa ta’ Gesù.  Ghall-ewwel, id-diffikultajiet ma kienux ftit, izda b’entuzjazmu u hegga s-“Sacred Heart Fontana Association” rat kif ghamlet biex tordna l-istatwa.”

“Billi l-istatwi l-ohra minn Malta huma generalment kopja tal-original, gie deciz li ahna naghmlu l-istess, aktar u aktar li l-istatwarju Michael Camilleri Cauchi huwa bin l-awtur originali.  Ghall-ewwel  l-intoppi ma naqsux, imma bl-ghajnuna tal-Qalb ta’ Gesù gew meghluba u x-xoghol beda u gie finalizzat ricentement ghall-ewwel Gimgha tal-Qalb ta’ Gesù, fejn sar it-tberik minn Mons Isqof Emeritus Nikol Cauchi, ex kappillan tal-Fontana.”

“Ta’  inkuraggiment kbir ghalina kien is-support kontinwu li sibna minn ulied it-Triq tal-Ghajn fl-Awstralja u dawk residenti f’Ghawdex li ghenu mhux ftit f’din il-hidma.  Bil-maqlub ta’ kif isir f’okkazjonijiet ta’ festi ohra, ix-xbieha tal-Qalb ta’ Gesù ser tkun esposta is-sena kollha ghad-devozzjoni tal-parruccani ta’ St Mary’s Parish u l-akkwati ta’ Keilor Downs f’Melbourne. Dan hu ta’ unur kbir ghalina l-Fontanin, imma wkoll hu l-post li jixraq lix-xbieha ta’ Sidna Gesù Kristu.”

“L-istatwa digà waslet, u tinsab merfugha fil-parrocca fejn ser tigi inawgurata b’pompa liema bhalha nhar il-festa, il-Hadd 30 ta’ Mejju.  Tistghu tahsbu x’entuzjazmu hawn, u ma nkunx qed nigdeb jekk nghid li l-membri tal-kumitat prezenti waqt il-ftuh tal-kaxxa tal-istatwa,  kollha qabzitilna demgha li tirrifletti s-sodisfazzjon ta’ holma li saret realtà. Ta’ dan kollu nixtiequ nirringrazzjaw primarjament lill-Amminstratur Parrokkjali u l-kolloboraturi tieghu fil-Fontana, prezenti w passati, u mhux inqas l-istatwarju Michael Camilleri Cauchi, lil ibnu Adonai u l-induratur Reuben Farrugia.  Grazzi ta’ kollox lil kulhadd.  Viva l-Qalb ta’ Gesù.”

Siltiet minn intervista li s-Sur Ivan Galea ghamel lill-benefattur tal-Istatwa s-Sur Carmelo Schembri, bin il-Fontana u li jghix l-Awstralja.

~~~~~~~~~~

L-ISTATWA TA’ SANT’INDRIJA

100 SENA MAGHNA

Minn Chris Galea

Din is-sena l-istawta tal-patrun taghna Sant’Indrija taghlaq 100 sena mindu giet fostna ghall-ewwel darba. Sant’Indrija, il-patrun tas-sajjieda hu ghall-qalb hafna tal-Fontanin.

Meta s-sajjieda Fontanin bdew jahdmu u jibnu l-knisja taghna, mill-ewwel kellhom ix-xewqa li l-knisja l-gdida tkun iddedikata lill-patrun taghhom. Però nafu li ftit wara, dawn il-benefatturi kellhom ibaxxu rashom ghar-rieda tal-Isqof ta’ dak iz-zmien.

Meta Mons. Guzeppi Grima u Mons. Alfons Marija Hili kienu qed ihabirku biex tinbena l-knisja taghna bil-ghajnuna tas-sajjieda, il-Knisja Kattolika kienet qieghda tifrah bil-Gublew tad-Deheb Episkopali tal-Papa Ljun XIII (†1903). Mons. Giovanni Marija Camilleri, Isqof t’Ghawdex (li kien ta l-permess li l-knisja tinbena), ried li tigi dedikata lill-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu. Huwa kien xtaq li din l-istess knisja tkun tempju Nazzjonali biex ifakkar dan il-Gublew u fetah arborall biex l-Ghawdxin kif ukoll il-Maltin jikkontribwixxu ghall-bini tal-knisja. Mons. Frangsik Borg (†1988) u xi qassisin ohra mill-Fontana jagħtu din ir-raguni l-ghaliex il-knisja bdiet tissajjah “Santwarju Nazzjonali tal-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu”.

L-ghotjiet ta’ flus bdew dehlin. Kellha tkun sinjura minn tas-Sliema, Vincenza Paci li kienet harget il-flus biex setghet inhadmet din l-istatwa ta’ Sant’Indrija.

L-istatwarju li kien ghamel din l-opra tant ghaziza, kien Karlu Mallia minn Hal Qormi, imlaqqam “il-Lhudi”. Karlu Mallia (1880-1930) ghalkemm mhux maghruf hafna ghandu xoghol ta’ min ifahhru. Kien hadem ghal xi zmien ma’ Karlu Darmanin, statwarju maghruf, u wara mewtu, Mallia xtara bosta forom minghand il-werrieta tieghu. Mallia kien ihobb jahdem statwi ta’ bixra lhudija. Hu ken jixtieqhom bil-fattizzi ta’ zmien Gesu. Din kienet ir-raguni l-ghaliex Karlu Mallia baqa’ maghruf bhala “il-Lhudi”.

Il-festa ta’ Sant’Indrija tahbat fit-30 ta’ Novembru u bdiet tigi celebrata bil-pompa. Fit-8 ta’ Ottubru, 1906 twaqqfet il-Fratellanza ta’ Sant’Indrija li kellha tibda tiehu hsieb l-organizzazzjoni tal-festa. L-istatwa l-gdida nharget ghall-ewwel darba f’Novembru ta’ 1909. Dan l-avveniment important jinsab imnizzel fir-rivista “Id-Devot ta’ Marija” ta’ Jannar 1910, fejn fl-ahbarijiet tax-xahrejn ta’ qabel hemm referenza ghall-festa, fejn kienu saru paningierku kif ukoll purcisjoni bl-istatwa ta’ Sant’Indrija.

Skont it-tradizzjoni, is-sajjieda Fontanin komplew jaghtu porzjon mid-dhul taghhom ghal din il-festa. Tajjeb li nsemmu li d-devozzjoni lejn Sant’Indrija ma waqfitx hawn. Fl-1910, il-knisja rciviet b’donazzjoni mill-parrocca ta’ Ghajnsielem il-kwadru tas-Sejha ta’ Sant’Indrija tal-pittur Michele Busuttil (madwar is-sena 1820). Ix-xoghol u l-progetti minn nies dedikati ma waqfux. Fil-parrokat ta’ Dun Mikiel Grech, l-istatwa ta’ Sant’Indrija giet indurata bid-deheb u din kompliet taghtiha dehra isbah u effettiva.

Il-Patrun taghna Sant’Indrija ghandu tabilhaqq ikun meqjum bl-oghla gieh li jixraqlu. Jalla nkomplu fix-xahar ta’ Novembru meta tahbat il-festa tieghu, naghtuh tislima sinciera u dinjituza kif ghamlu missirijietna.

 

 

Karlu Mallia, l-istatwarju ta'

l-Istatwa ta' Sant' Indrija

 

 

 

 

 

~~~~~~~~~~

50 Sena Sacerdot

 Mons. Ruzar G. Borg

Mill-genituri tieghi, Guzeppa u Wigi, it-tnejn mill-Fonana, weritt ir-rigal ta’ fidi hajja. Jiena twelidt l-Erbgha 14 ta’ Novembru 1934 ma’ hija Guzeppi, fis-2.00pm. Fis-6.00pm kont diga sirt nisrani, werriet tal-Genna u membru tal-Knisja Kattolika. Ta’ 7 snin (30 ta’ Mejju 1941) ghamilt il-Grizma tal-Isqof fil-Bazilka ta’ San Gorg, mill-Isqof Mikiel Gonzi. Il-maghmudija kien amministrahieli Dun Frangisk Mercieca, li wara sar Arcipriet taz-|ebbug, iz-ziju tal-ahwa Mons. Luigi u Don Gorg Vella u pro-ziju ta’ Mons. Salv Tabone, ghax il-Kappillan Dun Guzepp Hili kien irtir.

Dhalt abbati ma’ Mons. Guzepp Bajada u fit-3 t’Ottubru (dak iz-zmien, 1952, kienet il-festi ta’ Santa Terezina tal-Bambin Gesù) bdejt l-istudju ghal sacerdot bhala intern fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Gesù. Fit-12 t’April tal-1959 sirt Sacerdot. Ordnani flimkien ma’ sitta ohra Mons. Isqof Guzeppi Pace. Ghamilt sena (1959-1960) prefett ma’ Dun Mikiel Attard fis-Seminarju wkoll. Mill-1960 sal-lum dejjem bqajt fil-Parrocca ghaziza taghna naghmel li nista’ u li naf ghall-gid tal-erwieh.

Fit-13 t’April tal-1959, l-ghada li sirt sacerdot, kien it-Tnejn, il-Kappillan ta’ dak iz-zmien Dun Nikol, illum l-Isqof emeritu Nikol Guzeppi Cauchi, tani l-Praesidium tan-Nisa tal-Legjun ta’ Marija, jismu “Sultana tas-Santissmu Sagrament” li fih bl-ghajnuna t’Alla ghadni sal-lum. Din il-laqgha ma’ Marija fil-Legjun taghna nqisha grazzja mill-akbar ghax iffurmatni spiritwalment u fethitli bibien mal-hidma pastorali bhalma hu t-tqarbin tal-morda u hidmiet ohra anke barra minn Malta.

Fis-6 ta’ Frar, 1964, ma’ Dun Frangisk Debrincat, illum Kappillan emeritu u Monsijur tal-Kattidral, bdejt il-Moviment Ewkaristiku, bl-iskop li tikber u tinxtered l-Adorazzjoni Ewkaristika, specjalment matul il-lejl. Fl-1965 gibna statwa ta’ Santa Terezina li tbierket f’Settembru minn Mons. Isqof Guzeppi Pace fil-pjazza tat-Tokk b’diskors qabel minn Edward Camilleri, legjunarju ta’ Marija mill-Mellieha.

Ix-xoghol l-aktar li napprezza huwa t-tqarbin tal-morda. Anke jekk xi darbtejn jew tlieta gejt imharrek bhala xhud minhabba nkwiet li nqala’ fid-djar fejn inqarben, izda napprezza ferm dat-tip ta’ xoghol ghax barra milli nghin spiritwalment lill-marid, nidhol f’relazzjoni mal-familja tieghu u allura l-attività titwessa’. Nirrikmanda ghalhekk lil huti s-sacerdoti specjalment lil dawk zghazagh biex ma jibqghux lura milli jwettqu hidma ta’ din ix-xorta.

Fl-1954, kont fil-kors ghas-sacerdozju u kont ikkonsagrajt ruhi lill-Vergni Mbierka bhala lsir taghha skont it-trattat tal-Vera Devozzjoni lejn Marija ta’ San Luigi de Monfort. Darba wahda gie f’idejja l-ktieb “The Message of Saint Therese” ta’ Patri M.M. Philipon O.P. Qrajtu u ssahhart mill-ispiritwalità ta’ Santa Terezina. Xi hames snin wara giet ippubblikata l-edizzjoni fotostatika tal-manuskritti taghha, jew “Storja ta’ Ruh”, kif harget mill-pinna ta’ din il-qaddisa zaghzugha, minghajr eluf ta’ zidiet u bidliet li kienet ghamlet ohtha Sr Anjeze. Wahda benefattrici kbira tieghi min-Nadur, Giovanna Muscat ta’ Popla xtratli kopja meta morna pellegrinagg f’Lisieux. Dil-kopja issa tinsab fil-muzew tal-Kattidral. Studjajt il-kotba li fihom it-tifsir tad-dettalji kollha ta’ din l-edizzjoni u l-ammirazzjoni tieghi lejn Terezina kompliet tikber. Fil-2002 ghent fil-pellegrinagg tar-relikwa taghha f’Ghawdex.

Ghaddew hamsin sena mill-ordinazzjoni tieghi: fihom tlift lil missieri fl-1967, lil ohti Karmela fl-1988 u lil ommi fl-1992. Id-dar ninsab wahdi, imma niekol ghand ohti. Nistqarr li qatt ma hassejt ruhi wahdi, lanqas ghal mument wiehed. Il-prezenza reali ta’ Gesù fl-Ewkaristija tissupplixxi ghall-kumpanija tal-familjari tieghi. F’Gesù ghandi habib, sieheb u sacerdot bhali u l-hsieb li hemm hu magenbi, ihennili u jimlieli qalbi. Ma rrid infittex lil xejn u lil hadd barra minnu. X’uhud bħal per ezempju Michel Quoist jghidu li s-sacerdot ihossu solitarju l-Hadd filghaxija. Jiena ngħid li dan jiġri ghax iridu huma. Hemm Gesu! Il-Hadd filghaxija mill-5.00pm sat-8.00pm jien flimkien ma’ shabi tal-Moviment Ewkaristiku nkunu madwar Gesù Espost f’Ta’ Hamet. Il-hin itir. U Marija Ommu u Ommna tpoggielna f’qalbna l-paci dejjiema.

Mons. Ruzar Borg.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Hamsin Sena Sacerdozju

 Mons. Lawrenz Xerri

« Grazzi Mulej »

« X’naqbad naghti lill-Mulej ghal dak kollu li ghamel mieghi ? ». Inħoss li għandi nirringrazzja lil Alla b’imħabba kbira, b’ruħi kollha, b’moħħi kollu, b’qalbi kollha u bis-saħħa tiegħi kollha… Grazzi wkoll lil Marija u lil Ġużeppi. Illum inkompli nitlob lil Alla ħalli Ġesu Kristu jkompli jagħtini l-imħabba u l-grazzja tiegħu. U dan ikun biżżejjed għalija. Jien nitlob ukoll li jkolli l-grazzja li dejjem nikkonverti mqar ftit kuljum. Jiena nħossni wieħed mill-midimbin kif ngħidu fil-Qaddisa : « Itlob għalina midimbin ». Imma jiena midneb maħfur u mifdi bid-demm ta’ Kristu… Nitlob ukoll maħfra lil dawk li jiena stajt offendejt matul ħajti. Inħobbkom ħafna ».

-        Siltiet mill-messaġġ li kiteb Mons. Lawrenz Xerri f’l-Anniversarju tiegħu.

Messagg mill-Amministratur Parrokkjali

Dun Alex Refalo

Lil Mons Lawrenz kont nafu ftit, imma sirt nafu izjed mill-qrib f'dawn l-ghaxar xhur li ilni fir-rahal tal­-Fontana. Kien Kappillan f'dan ir-rahal mill-1963 sal-1969. U ghalkemm ghaddew is-snin, (f'Mejju 2009 huwa jaghlaq 40 sena minn mindu temm dan is-servizz tieghu), "il-Kappillan Dun Larwenz" kif ghadhom isibuh, ghadu prezenti hafna fil-qalb ta' dan il-poplu...

In-nies ghadha tafu bhala sacerdot qrib hafna taghha, jaf jiccajta imma jaf ukoll ikun missier. Tafu bhala sacerdot generuz. Qaluli li fi zmienu kien hemm hafna familji fqar u mhux l-ewwel darba li minn butu huwa ghen lil xi nies. Jafuh ukoll bhala dak is-sacerdot mimli energija (u dan ghadu jixhdu sal-lum ghax kull meta tiltaqa' mieghu, minkejja l-eta’, tarah mimli hajja!). Ta' determinazzjoni. Ma jaqtax qalbu. Ried ikabbar il-Knisja permezz tal-bini tan-navi. In-nies ghall-bidu ma fehmuhx u d-determinazzjoni tieghu wasslet lill-istess poplu jara l-bzonn li l-Knisja tal-Qalb ta' Gesu tikber. Dan il-Kappillan habrieki kont tarah imcappas bit-trab u mimli gharaq jerfa' l-gebel, sakemm dak li kien qed johlom li jaghmel isehh. U n-navi tlestew u l-poplu seta' jigi l-Knisja u jsib l-ispazju mehtieg biex jiltaqa' m’Alla u jaduraH.

Kemm kien ilu l-Fontana Mons Lawrenz Xerri kien habrieki wkoll bhala Assistent Ekklezjastiku fl-Azzjoni Kattolika u dahhal ukoll il-Legjun ta’ Marija. Fi zmienu kompla jsahhah din il-hidma billi dahhal fiha hafna tfal u zghazagh. Kellu ghal qalbu hafna d-duttrina. Jiftakruh idur ta' kuljum il-klassijiet u jghid dik il-kelma li t-tfal kienu jistennew minghand il-Kappillan.

Siehbu Mons. Ruzar Borg, bin il-Fontana jirrakkonta fatt li juri kemm Mons Xerri kien qrib ukoll ta' shabu s-sacerdoti. Waslet l-ahbar li missier Mons Ruzar kien ghereq u l-Kappillan mar ifittex lil siehbu bil-karozza biex jaghtih l-ahbar. Sabu x-Xewkija fil-kappella tal-Hniena fejn kien qed iqarrar, hadu d-dar u b'dik l-imhabba ta' missier seta' jurih kemm kien qrib tieghu .

... U jiena u nisma' r-rakkonti dwar il-Kappillan Dun Lawrenz komplejt nara li dan il-poplu ghadu jhobb u jrid li s-sacerdot ikun qrib tieghu bhalma kien dan il-hames Kappillan fl-istorja tal-Fontana.

Mons Lawrenz Xerri, f'ismi u f'isem il-poplu tal-Fontana rrodd hajr lil Alla mhux biss talli zejnek bis-sahha u bil-hegga biex taqdiH ghal dawn l-ahhar hamsin sena fis-sacerdozju, imma wkoll talli naqqaxt ismek fI-istorja tar-rahal u tal-Knisja tal-Fontana.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Lill-lllustrissimu u Reverendissimu

Monsinjur Lawrenz Xerri,

Kanoniku tal-Kapitlu Katidrali t'Ghawdex

Ghaddew hamsin sena mill-jum sabih ta' 12 ta' April 1959, jum li jibqa' ghal dejjem fil-memorja tieghek, meta l-mibki Mons. Guzeppi Pace, Isqof t'Ghawdex, fil-Katidral qieghed idejh fuq ir-ras tieghek u ordnak presbiteru tal­-Knisja Mqaddsa. FI-istess okkazjoni gew ordnati flimkien mieghek sitt sacerdoti ohra fosthom Dun Mikiel Attard, Dun Frankie Mercieca u Dun Mikiel Camilleri li dahlu fl­-eternità.

M'ghaddiex hafna zmien wara l-ordinazzjoni sacerdotali tieghek, meta l-­Isqof Pace hatrek bhala rettur tal-Knisja ta' Kemmuna, fejn inti b'impenn ta' zaghzugh u mhux minghajr sagrificcji personali tieghek hadt hsieb il-merhla zghira li kienet tghix f’dik il-gzira.

FI-1963 inti gejt maghzul bhala successur immedjat tieghi biex triegi l-parrocca tal-Qalb Imqaddsa ta' Gesù, fil-Fontana, parrocca tant ghaziza kemm ghalik kif ukoll ghalija. L-ufficcju ta' kappillan huwa ufficcju pastorali ta' responsabbiltà, li inti dhalt ghalih b'kuragg u determinazzjoni. Matul is-sitt snin li fih kont triegi l-parrocca, mill-1963 sal-1969, inti sirt taf il-problemi socjali u morali tal-merhla afdata f’idejk, gharaft ukoll il-generozita' u l-qalb kbira tal­-parroccani.

Bil-koperazzjoni shiha taghhom, irnexxielek tkabbar il-knisja, billi hadt hsieb il-bini tal-kappelluni, u zejjintha wkoll b'hafna opri godda.

Fuq kollox inti kellek ghal qalbek il-gid spiritwali tal-komunita' parrokkjali, u tajt attenzjoni specjali lit-tfal, lill-morda, lill-anzjani, lill-foqra u lil dawk li rrikorrew ghandek bil-problemi taghhom. Inti sahhaht l-ghaqdiet tal-appostolat tal-lajci, tal-Azzjoni Kattolika u tal-Legjun ta' Marija li kien hemm fil-Fontana.

Fit-taghlim tal-katekizmu u fil-priedki tieghek int ghamilt hiltek biex il-Kelma t'Alla tasal fejn ghandha tasal, u thalli l-frott.

Meta gejt promoss ghall-kanoniku tal-Knisja Katidrali, inti tajt minn qalbek, is-sehem tieghek, sabiex is-servizz liturgiku f’din il-knisja ewlenija tad­-djocesi taghna jsir kif jixraq lill-Maestà Divina u jkun ta' edifikazzjoni ghall­-Poplu t’Alla.

Dawk kollha, li b'xi mod jew iehor, matul il-50 sena ta' sacerdozju tieghek kont ghamiltilhom xi gid fil-hajja taghhom tar-ruh jew tal-gisem, illum iroddulek hajr u jitolbu lill-Mulej jimliek bil-barka tieghu u jaghtik il-ghomor twil biex tkompli tahdem ghas-Saltna tieghu.

 + Nikol G. Cauchi

Isqof Emeritus t'Ghawdex


 

 waqt il-quddiesa ta' Radd-il Hajrt li iccelebra fil-parrocca tal-Fontana nhar il-Hadd 31 ta' Mejju 2009.

~~~~~~~~~~

Il-Kardinal Pietro La Fontaine u

l-Parrocca tal-Qalb ta' Gesu

 

Kif wiehed jidhol fis-sagristija tal-Knisja Parrokkjali Santwarju tal-Qalb ta’ Gesù fil-Fontana jsib ma’ wiccu tliet inkwadri kbar ta’ tliet princpijiet tal-Knisja; dawn huma l-Kardinal Ermenegildio Florit li kien arcisqof ta’ Firenze, il-Kardinal Francis Arzine li ghadu haj sal-lum u l-Kardinal Pietro La Fontaine.  F’din il-kitba qasira sa niffukaw ftit fuq dan tal-ahhar.

Hjiel minn hajtu

Pietro La Fontaine twieled f’Viterbo, fl-Italja nhar id-29 ta’ Novembru 1860, bin Francesco La Fontaine, arluggar ta’ origini Svizzera u Maria Bianchini, min-nobbiltà ta’ Lazio.  Studja ghas-sacerdozju fis-Seminarju ta’ Viterbo – il-belt tal-papiet – u ordna sacerdot nhar it-22 ta’ Dicembru 1883 minn idejn l-arcisqof tal-belt Giovanni Battista Paolucci.  Bejn l-883 u l-1905 serva fid-djocei tieghu ta’ Viterbo.  Kien professur tal-letteratura, tal-Iskrittura, tal-ligi tal-Knisja u tal-Istorja Ekklezjastika fis-Seminarju ta’ Viterbo bejn l-1882 u l-1905.  Serva ta’ direttur spiritwali ghas-seminarju matul l-1893 u bhala rettur fl-1896.  Kien ukoll missjunarju appostoliku.  Intaghzel bhala kanonku tal-Katidral ta’ Viterbo fl-1905.

Isqof u diplomatiku gharef

La Fontaine ntaghzel biex ikun isqof ta’ Cassano all’Ionio b’dispensa tad-digriet nhar is-6 ta’ Dicembru 1906; il-konsagrazzjoni saret fit-23 ta’ Dicembru fil-kappella tal-Collegio Capranica f’Ruma, liema kullegg jinsab qrib tal-Panteon.  Tajjeb nghidu li f’dan il-kullegg kien studja wkoll l-Ghawdxi Mons. Guzeppi Mercieca, illum Arcisqof Emeritus ta’ Malta.  Il-konsagrazzjoni ta’ La Fontaine saret mil-Kardinal Pietro Respighi, vigarju generali ta’ Ruma assistit minn Antonio Maria Graselli Ofm.Conv. arcisqof ta’ Viterbo u Tuscania u minn Raffaele Virili, isqof titularta’ Troas.  La Fontaine ntbaghat bhala vizitatur appostoliku ghas-seminarju tal-Kalabrijafl-1907.  Serva bhala vigarju tal-Bazilika Patrijarkali ta’ San Gwann tal-Lateran, il-Katidral ta’ Ruma, fl-1908.  Kien Konsultur tal-Kummissjoni ghall-Kodifikazzjoni tal-Kodici tal-Ligi Kanonika.  Qeda l-Knisja bhala amministratur appostoliku ta’ San Marco e Brisignano mis-16 ta’Jannar 1909.  Kien trasferit ghas-sede titulari ta’ Caristo nhar l-1 ta’ April 1910.  Il-Papa hatru Segretarju tas-Sagra Kongregazzjoni tar-Riti u vigarju tal-arcipriet tal-Bazilika Patrijarkali tal-Vatikan nhar it-2 ta’ April 1910.  Kien promoss ghal Patrijarka ta’ Venezja fil-5 ta’ Marzu 1915.

 

La Fontaine Kardinal u Patrijarka

L-Arcisqof La Fontaine nhatar kardinal fil-koncistorju tal-4 ta’ Dicembru 1916. Madankollu, kien fil-5 ta’ Marzu 1915 meta kellu biss 45 sena li l-Papa hatru Patrijarka ta’ Venezja.  Hu rcieva l-berettin kardinalizju bit-titlu ta’ San Nerew u San Akiella fis-7 ta’ Dicembru 1916 minn idejn Papa Benedittu XV.  Inghata t-titlu ta’ Santi Apostoli fis-7 ta’ Marzu 1921.  Kien legat tal-Papa ghac-celebrazzjonijiet centenarji li saru ad unur il-poeta Dante Alighieri f’Ravenna nhar it-13 ta’ Settembru 1921.  Ha sehem fil-konklavi tal-1922 li minnu ntaghzel Papa Piju XI (Achille Ratti).  Serva bhala legat tal-Papa ghall-Kunsill Provincjali ta’ Venezja fil-15 ta’ Lulju 1923; fil-Kungress Ewkaristiku ta’ Chioggia fil-15 ta’ Settembru 1923, fil-Kungress Ewkaristiku Regjonali f’Ancona fl-4 ta’ Mejju 1927 u fil-Kungress Ewkaristiku Nazzjonali fi Vienna fl-Awstrija nhar it-30 t’Awwissu 1933.

La Fontaine u l-Fontana

L-Isqof Pietro La Fontaine kien gie Ghawdex bhala l-mibghut specjali tal-Papa Piju X biex iservi ta’ Vizitatur Appostoliku halli jistharreg il-qaghda tal-Knisja f’Malta u Ghawdex wara li kienu ntbaghtu xi rapporti negattivi Ruma. F’dan iz-zmien, La Fontaina kien isqof ta’ Cassano u Amministratur Appostoliku Provizorju ta’ San Marco e Bisigniano fil-Kalabrija.  L-istoriku Rev. Dr. Joseph Bezzina jghidilna li La Fontaine wasal Malta f’Ottubru 1909 u beda z-zjara ufficjali fl-ewwel gimgha ta’ Novembru.  Kien qaghad ghand il-patrijiet Agostinjani fi Pjazza Tomba.  Hu zar il-Fontana u l-knisja taghha u kien dakinhar li Dun Guzepp Hili li kien jaqdi f’dik il-parrocca, qallu bix-xewqa u l-htiega tal-parrocca.  Wara korrispondenza bejnu u l-Isqof Camilleri kif ukoll fi qbil mal-Arcipriet u l-Kapitlu tal-Katidral, il-process ghat-twaqqif tal-parrocca beda.  Il-parrocca l-gdida tal-Qalb ta’ Gesù twaqqfet mill-Isqof Gwann M. Camilleri OSA nhar is-27 ta’ Marzu 1911.  Il-Kardinal La Fontaine kien il-mutur ewlieni li harrek il-process li wassal ghal din il-grajja glorjuza ghan-nies tal-Fontana.

Mewt u qdusija

Il-Kardinal La Fontaine miet nhar id-9 ta’ Lulju1935 wara li kien ilu jservi bhala Patrijarka Arcisqof ta’ Venezja ghal aktar minn 20 sena.  Hu miet go Villa Fietta, is-sede tas-Seminarju Minuri ta’ Venezja f’Paderno del Grappa, Treviso.  Jinsab midfun fil-kripta tat-Tempju tal-Immakulata Kuncissjoni f’Lido, Venezja.  Il-kappella nbniet minnu u qabru jinsab fost dawk tas-suldati Taljani li mietu fi Piave.  Il-qabar ghandu l-iskrizzjoni Petrus cardinalis La Fontaine, Veneteriaum Patriarca, ad pedes Dominae Suae. Din inkitbet minnu.  IL-fdalijiet tieghu kien trasferiti ghall-Katidral ta’ Venezja f’Lulju 1959. 

Milli jidher, La Fontaine ghex hajja ta’ qdusija fi grad erojku.  Bejn l-1958 u l-1969 il-Patrijarka ta’ Venezja il-kardinal Giovanni Urbani fetah il-process informattiv djocesani ghall-kawza tal-beatifikazzjoni tieghu.  Il-poplu tal-Fontana jibqa’ jghozz ghal dejjem it-tifkira qaddisa ta’ dan il-bniedem qaddis li bil-prezenza tieghu fil-Fontana ghen biex infetah il-process li wassal ghat-twelid tal-parrocca fi hdan is-santwarju nazzjonali tal-Qalb ta’ Gesù fl-Ghajn il-Kbira ta’ Ghawdex.

Dun Geoffrey G. Attard

~~~~~~~~~~

L-Erbgħin Anniversarju tal-Innu Popolari

“Lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù” (1969 – 2009)

Ftit wara l-festa tal-Qalb ta’ Ġesù ta’ Ġunju 1968, kienu ġew għandi l-mibki Monsinjur Ġużeppi Bajada flimkien ma’ wħud mill-membri tal-Kumitat tal-Festa tal-Qalb ta’ Ġesù u wrewni x-xewqa tagħhom li nikkomponilhom il-mużika għal innu popolari ġdid ad unur il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù. Urew ix-xewqa li dan l-innu jkun miktub fuq stil allegro u mexxej. S’intendi, jiena aċċettajt bil-ferħ.

Xi ġimagħtejn wara, ġabuli poeżija ta’ xi tnax-il strofa miktuba minn Patri Akkursju Xerri O.F.M. Jiena kont għażilt l-isbaħ seba’ strofi li joqogħdu bħala talba, b’waħda minnhom isservi ta’ ritornell. Wara l-ħin tal-iskola, spiss kont immur għall-kwiet fit-tielet sular tal-post ta’ ziti Vitorina, Nru 26 Pjazza San Franġisk, sabiex hemmhekk inħarbex in-noti għal dan l-innu. F’Novembru tal-istess sena (1968), l-innu kien lest u minn qalbi rregalajtu lill-Kumitat tal-Festa. Sikwit kont niltaqa’ fiċ-Ċentru Parrokkjali mal-kor tal-Parroċċa sabiex ngħallimhom il-kant ta’ dan l-innu.

L-innu kien iżżanżan mill-kor tal-Parroċċa matul id-disa’ ġimgħat tal-Festa tal-Qalb ta’ Ġesu’ ta’ Ġunju 1969. Fuq il-gallerija tal-orgni konna nkunu jien bil-vjolin flimkien mal-kor. Is-Sur Karmenu Schembri, il-benefattur tal-istatwa l-ġdida li din is-sena ttieħdet ġo Melbourne l-Awstralja, kien jakkumpanjani fuq l-orgni. Għall-festa ta’ barra, kien indaqq għall-ewwel darba mill-Banda La Stella waqt id-dimostrazzjoni, nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Ġunju 1969.

J’Alla l-versi ħelwin ta’ Patri Akkursju Xerri jkomplu jsaħħu dik il-fidi qawwija u l-imħabba kbira li għandu pajjiżna, b’mod speċjali l-Fontanin, lejn il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù.

Viva l-Qalb ta’ Ġesù.

Sunny Galea – Fontana

~~~~~~~~~~

IRCIVEW L-EWWEL TQARBINA

1 TA' GUNJU 2008

 

IRCIVEW IL-GRIZMA TAL-ISQOF

8 TA' GUNJU 2008

 

KRONAKA TAL-PARROCCA

  Il-Gimgha 2 ta’ Mejju: Is-sitt Gimgha tal-Qalb ta’ Gesu. Jum ta’ Adorazzjoni Solenni. Fis-7.00pm saret koncelebrazzjoni mmexxija minn Dun Reuben Micallef, Arcipriet tal-parrocca ta’ Santa Marija taz-zebbug u bis-sehem tal-kor tal-istess parrocca.

 Il-Gimgha 9 ta’ Mejju: Is-seba’ Gimgha tal-Qalb ta’ Gesu. Jum ta’ Adorazzjoni solenni segwit b’koncelebrazzjoni li tmexxiet mill-Amminstratur Parrokkjali Dun Alex Refalo.

 Is-Sibt 10 ta’ Mejju: Fic-centru Parrokkjali saret Timpana & Tombla Night fl-okkazjoni tal-Mother’s Day.

 l-Gimgha 16 ta’ Mejju: It-tmien Gimgha tal-Qalb ta’ Gesu. Jum ta’ Adorazzjoni solenni. Fis-7.00pm saret koncelebrazzjoni mmexxija minn Dun Tarcisju Camilleri, l-Arcipriet ta’ Sannat u bis-sehem tal-kor tal-istess parrocca.

 It-Tlieta 20 ta’ Mejju: Saret harga ta’ nofstanhar li bdiet b’quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, il-Kapucini.

l-Gimgha 23 ta’ Mejju: Id-disa’ u l-ahhar Gimgha tal-Qalb ta’ Gesu. Gurnata ta’ Adorazzjoni solenni. Fis-7.00pm saret koncelebrazzjoni solenni li tmexxiet minn Mons Ruzar G. Borg, bis-sehem tal-Fontanin li jghixu barra mill-Parrocca. Wara sar il-hrug tal-Istatwa min-nica segwit bil-gabra specjali ghall-festa.        

  Il-Hadd 25 ta’ Mejju: Festa tal-Corpus Domini. Wara l-quddiesa ta’ filghaxija saret il-purcissjoni bis-Santissmu Sagrament.

 Il-Gimgha 30 ta’ Mejju: Is-Solennità tal-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu. L-Adorazzjoni l-gurnata kollha kienet animata mill-Group Leaders flimkien mal-familji tal-grupp taghhom. Fil-5.00pm saret is-Siegha Adorazzjoni ghall-Kleru t’Ghawdex fil-prezenza ta’ l-Isqof Mons. Mario Grech u wara koncelebrazzjoni solenni mmexxija mill-Isqof segwita b’purcissjoni bis-Santissmu Sagrament.

 Il-Hadd 1 ta’ Gunju: Fil-quddiesa ta’ filghaxija grupp ta’ sitt itfal tal-Parrocca rcivew is-Sagrament ta’ l-Ewwel Tqarbina.

 It-Tlieta 3 ta’ Gunju: Saret laqgha ma’ Mons. Isqof Mario Grech ghall-genituri u t-tfal li ser jircievu s-Sagrament tal-Grizma tal-Isqof.

 Il-Gimgha 6 ta’ Gunju: Sar il-Barbikju tal-Festa fuq iz-zuntier organizzat mill-kumitat tal-Coffee Morning.

 Is-Sibt 7 ta’ Gunju: Kien jum it-Tfal. Filghaxija wara l-quddiesa saret varjetà fuq iz-zuntier bis-sehem tat-tfal organizzata mill-Parrocca u bl-ghajnuna tal-Kunsill Lokali.

 Il-Hadd 8 ta’ Gunju: L-Ec. Tieghu Mons. Mario Grech amministra s-Sagrament tal-Grizma tal-Isqof lit-tfal tal-Parrocca. Filghodu saret celrazzjoni tas-sagrament taz-Zwieg bejn Althea Attard u Biorn Sammut.

 Mit-Tnejn 9 ta’ Gunju: Tkomplew l-attivitajiet konnessi mal-Festa Titulari tal-Qalb ta’ Gesu. Id-dettalji tal-programm huma misjuba fil-harga ta’ “L-Ghajn il-Kbira” tas-sena l-ohra.                         

L-Erbgha 18 ta’ Gunju: Kellna l-funeral ta’ Guzepp Zammit li miet fl-età ta’ 79 sena u li tmexxa mill-Ec. Tieghu Mons. Nikol Cauchi.

 Il-Hadd 22 ta’ Gunju: Mariah Vella bint Maria Vella u Malon Mamo dahhlet fil-Knisja permezz tal-Maghmudija.

 L-Erbgha 25 ta’ Gunju: Il-Parrocca taghna kienet mistiedna tmexxi pellegrinagg ghall-parrocca ta’ Burmarrad, fejn jicelebraw il-festa tal-Qalb ta’ Marija.

 Is-Sibt 28 ta’ Gunju: Sar il-funeral ta’ Marija Borg li mietet fl-età ta’ 85 sena.

 It-Tnejn 30 ta’ Gunju: Nofs siegha Adorazzjoni mmexxija mill-membri ta’ l-Azzjoni Kattolika.

 L-Erbgha 2 ta’ Lulju: Il-Komunità Parrokkjali kienet mistiedna fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu ghal pellegrinagg u quddiesa. Dan kien wiehed minn sensiela ta’ pellegrinaggi li s-Santwarju organizza f’gheluq il-125 sena mis-sejha tal-Madonna.

 Il-Hamis 3 ta’ Lulju: Saret gita ghat-Trade Fair organizzata minn John Theuma.

 Il-Gimgha 4 ta’ Lulju: L-Ewwel Gimgha tax-Xahar. Kienet gurnata ta’ Adorazzjoni solenni.

 Is-Sibt 5 ta’ Lulju: Sandra Grima u Shaun Zerafa nghaqdu ma’ Kristu fis-sagrament taz-Zwieg.

 Il-Hamis 24 ta’ Lulju: Dun Gorg Vella organizza bhas-soltu harga ta’ nofstanhar ghall-Parrucani. Bdiet b’quddiesa fil-kappella tas-Sorijiet Frangiskani, il-Qbajjar.

 It-Tnejn 28 ta’ Lulju: Nofs siegha Adorazzjoni mmexxija mill-membri tal-Azzjoni Kattolika.

 Il-Gimgha 1 t’Awissu: L-Ewwel Gimgha tax-Xahar. Gurnata ta’ Adorazzjoni solenni. Fl-istess jum, dritt wara l-quddiesa ta’ filghaxija saret laqgha ta’ talb u taghrif dwar il-Missjoni Djocesana.

 Is-Sibt 2 t’Awissu: Il-koppja Carmen u Stanley Bell icelebraw il-50 Anniversarju miz-zwieg taghhom. Il-quddiesa tmexxiet mill-Ecc. Tieghu Mons. Isqof Mario Grech. Fl-istess okkazjoni David u Philip Bell ircivew is-sagrament tal-Grizma tal-isqof, filwaqt li Philip ircieva wkoll l-Ewwel Tqarbina.

Il-Hadd 3 t’Awissu: Mikela Bugeja rceviet is-sagrament tal-Maghmudija.

 It-Tlieta 5 t’Awissu: Saret harga ghal Malta ghad-dilettanti tan-nar fl-okkazjoni tal-festa tas-Salvatur f’Hal Lija.

 Il-Hamis 7 t’Awissu: Festa ta’ San Gejtanu. Quddiesa bis-sehem tal-kor.

 Il-Gimgha 8 t’Awissu: Sar barbikju fuq iz-zuntier organizzat mid-dilettanti tan-nar.

Is-Sibt 9 t’Awissu: Tania Gauci u Paul Formosa nghaqdu ma’ Kristu fis-sagrament taz-Zwieg.

 Il-Hadd 17 t’Awissu: Damien Portelli dahal fil-Knisja permezz tas-sagrament tal-Maghmudija.

 It-Tlieta 19 t’Awissu: Coffee Morning b’risq il-Parrocca gewwa l-Country Terrace, Ghajnsielem.

 It-Tnejn 25 t’Awissu: Nofs siegha Adorazzjoni mmexxija mill-membri tal-Azzjoni Kattolika.

 Il-Hamis 4 ta’ Settembru: Sar il-funeral ta’ Carmelo Tabone li miet fl-età ta’ 79 sena.

 Il-Gimgha 5 ta’ Settembru: L-Ewwel Gimgha tax-Xahar. Saret gurnata ta’ Adorazzjoni solenni.

 Is-Sibt 6 ta’ Settembru: Harga ghal Malta ghall-adolexxenti u l-abbatini li bdiet b’quddiesa fil-Knisja tad-dar ta’ l-irtiri Porziuncola, Bahar ic-caghaq. L-attrazzjoni specjail kienet l-Isplash & Fun. F’dan l-istess jum Guzeppi Mizzi, dahal fil-Knisja permezz tas-Sagrament tal-Maghmudija.

 L-Erbgha 10, 11 u 12 ta’ Settembru: Kellna l-Isportsfest organizzat ghat-tfal ta’ bejn l-4 u s-16-il sena. Il-loghob sar fuq iz-zuntier tal-knisja. Din l-attività ntemmet b’barbikju organizzat mill-Kumitat tal-Coffee Morning.

 Il-Hamis 11 ta’ Settembru: Coffee Morning b’risq il-Parrocca gewwa l-Country Terrace, Ghajnsielem.

 It-Tnejn 15 ta’ Settembru: Laqgha tal-Kumitat tal-Festa u ohra ghall-katekisti bhala bidu ghal sena ohra ta’ duttrina.

 Il-Hadd 21 ta’ Settembru: Sam Oslon minn Sweeden ircieva s-sagrament tal-Maghmudija.

 Il-Hamis 25 ta’ Settembru: Saret harga ohra ta’ nofstanhar li bdiet b’quddiesa fil-kappella tal-Madonna ta’ Fatima, f’Ta’ Hamet.

 Il-Hadd 28 ta’ Settembru: Audry Micallef dahlet fil-Knisja permezz tas-sagrament tal-Maghmudija.

It-Tnejn 29 ta’ Settembru: Nofs Siegha Adorazzjoni mmexxija mill-membri tal-Azzjoni Kattolika.

 Il-Gimgha 3 t’Ottubru: L-Ewwel Gimgha tax-xahar. Gurnata ta’ Adorazzjoni solenni.

 Is-Sibt 4 t’Ottubru: Dun Alex mexxa koncelebrazzjoni u wara purcissjoni bl-istatwa tal-Madonna tar-Ruzarju.

 L-Erbgha 8 t’Ottubru: Waqt il-quddiesa ta’ filghaxija Elsie Theuma, Carmena Galea, Jane Sammut, Giovanna Farrugia, Margaret Ballucci u Maria Formosa rcivew il-mandat ta’ katekisti fil-Parrocca. Hekk infethet sena ohra ta’ taghlim u laqghat.

 L-Erbgha 15 t’Ottubru: Beda Kors tal-Helu ta’ 8 lezzjonijiet .

 Il-Hamis 16 t’Ottubru: Festa ta’ Santa Margerita Maria Alacoque. Fil-quddiesa ta’ filghaxija sar hsieb minn Mons. Ruzar Borg. Dritt wara saret it-tieni laqgha tal-Kumitat tal-Festa.

 Il-Hadd 19 t’Ottubru: Dun Salv Tabone ha l-pussess tieghu bhala Monsinjur fil-Knisja Katidrali. Bdew il-laqghat ta’ kull xahar lill-koppji gharajjes bhala thejjija ghaz-zwieg.

 Il-Gimgha 24 t’Ottubru: Bdew il-laqghat ta’ kull hmistax tal-Missjoni Djocesana fil-Parrocca. Din l-ewwel laqgha tmexxiet minn Dun Alex Refalo u minn Dun Anton Theuma.

 It-Tnejn 27 t’Ottubru: Fetah il-Bazaar tal-Knisja fi Pjazza San Frangisk u li baqa’ miftuh sas-Sibt 8 ta’ Novembru. Saret ukoll nofs Siegha Adorazzjoni mmexxija mill-membri tal-Azzjoni Kattolika.

 It-Tlieta 28 t’Ottubru: Sar il-funeral ta’ George Borg li miet fl-ghomor ta’ 84 sena.

 L-Erbgha 29 t’Ottubru: Laqgha tal-Kunsill Parrokkjali.

 Il-Gimgha 31 t’Ottubru: High Tea fic-centru b’risq il-Knisja.  

Il-Hadd 2 ta’ Novembru: L-Ghid tal-imwiet. Fil-quddiesa ta’ filghaxija gew mistiedna l-familjari tal-mejtin ta’ matul is-sena. Filghodu gew fostna l-membri tar-Respite Centre, l-Arka, flimkien ma’ Dun Manwel Curmi biex jitoblu maghna fil-quddiesa tal-10.30am u wara membri mill-kommunità tal-Parrocca ippreparawlhom l-ikel.

 Il-Gimgha 7 ta’ Novembru: L-Ewwel Gimgha tax-xahar. Kienet gurnata ta’ Adorazzjoni solenni. Filghaxija wara l-quddiesa saret it-tieni laqgha ta’ formazzjoni bhala thejjija ghall-Missjoni Djocesana.

 Il-Hamis 13 ta’ Novembru: Sar il-Coffee Morning fic-centru.

 Is-Sibt 15 ta’ Novembru: Lisa Curmi ddahhlet fil-Knisja permezz tas-sagrament tal-Maghmudija.

 Il-Hadd 16 ta’ Novembru: Pellegrinagg ghac-cimiterju ta’ Santa Marija li kien jinkludi quddiesa.

 It-Tlieta 18 ta’ Novembru: Kien hemm laqgha ohra tal-Kumitat tal-Festa.

 Il-Hamis 20 ta’ Novembru: Harga ta’ nofstanhar li bdiet b’quddiesa fil-Knisja ta’ San Pawl il-Munxar.

 Il-Gimgha 21 ta’ Novembru: Sar il-hrug tal-istatwa ta’ Sant’Indrija min-nica dritt wara l-quddiesa ta’ filghaxija u wara kien hemm laqgha ohra ta’ formazzjoni bi thejjija ghall-Missjoni Djocesana.

 Is-Sibt 22 ta’ Novembru: Lejlet il-festa ta’ Kristu Sultan. Sar il-funeral ta’ Carmena Mercieca li mietet fl-età ta’ 61 sena. Wara quddiesa fit-8.00pm beda lejl ta’ Adorazzjoni mmexxi mill-Moviment Ewkaristiku li ntemm b’quddiesa ohra f’nofsillejl.

 It-Tnejn 24 ta’ Novembru: Nofs Siegha Adorazzjoni organizzata mill-membri tal-Azzjoni Kattolika.

 It-Tlieta 25 ta’ Novembru: Saret quddiesa bis-sehem tat-tfal li ser jircievu l-Ewwel Tqarbina u l-Grizma tal-Isqof u wara laqgha ghall-genituri taghhom.

 L-Erbgha 26 ta’ Novembru: Bdew it-tlett ijiem tat-tridu ad unur ta’ Sant’Indirja. Ic-celebranti kienu Dun Manwel Cordina, Mons. Ruzar G. Borg u Dun Gorg Vella rispettivament filwaqt li l-priedki saru mill-Kappillan Emeritu Mons. Lawrenz Xerri.

 Is-Sibt 29 ta’ Novembru: Filghodu saret quddiesa ghat-tfal kollha tal-Parrocca mmexxija minn Dun Alex Refalo. Wara t-translazzjoni tar-Relikwija ta’ Sant’Indrija saret koncelebrazzjojni mmexxija mill-Ecc. Tieghu Mons. Mario Grech. Kollox spica b’Pasta Night li saret fic-centru.

 Il-Hadd 30 ta’ Novembru: Festa Liturgika ta’ Sant’Indrija. Fil-3.45pm saret koncelebrazzjoni li tmexxiet minn Mons. Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritu li wara l-vangelu niseg innu ta’ tifhir f’gieh il-Sant’Indrija. Mons. Salv Tabone mexxa purcissjoni bl-istatwa tal-Qaddis filwaqt li l-Banda La Stella daqqet l-innu u akkumpanjat l-purcissjoni b’marci religjuzi. Il-muzika tal-festa kienet f’idejn il-Mro. Carmel P. Grech.

 It-Tnejn l-1 ta’ Dicembru: Jum il-Fontana. Saret quddiesa biex jigi mfakkar Jum il-Fontana. Prezenti kien hemm is-Sindku flimkien mal-kunsillieri. Wara nghata “Gieh il-Fontana” lill-ahwa Carmena u Giorga Galea. Fil-quddies ta’ filghaxija beda jsir hsieb qasir biex jghin fil-mixja tal-avvent.

 Il-Hamis 4 ta’ Dicembru: Saret laqgha ghall-adoraturi kollha li tmexxiet minn Mons. Ruzar Borg.

 Il-Gimgha 5 ta’ Dicembru: L-Ewwel Gimgha tax-xahar. Gurnata ta’ Adorazzjoni solenni.

 It-Tnejn 8 ta’ Dicembru: Solennità tal-Immakulata Kuncizzjoni. Sar pellegrinagg ghas-Santwarju Nazzjonali tal-Kuncizzjoni l-Qala. Mexxieh Dun Alex Refalo.  

It-Tlieta 9 ta’ Dicembru: Rega’ ltaqa’ l-Kunsill Parrokkjali.

 L-Erbgha 10 ta’ Dicembru: Kien hemm laqgha ghall-Missjunarji u l-Istreet Leaders.

 Is-Sibt 13 ta’ Dicembru: Giet inawgurata s-Sigra tal-Milied li din is-sena kienet b’risq ir-restawr tal-koppla u l-fondazzjonijiet OASI u ARKA li huma mmexxija minn sacerdoti tal-Parrocca taghna.

 It-Tnejn 15 ta’ Dicembru: Bidu tan-Novena tal-Milied. L-Alma Redemptoris Mater kienet titkanta minn Martha Galea. Kull klassi tad-Duttrina bil-ghajnuna tal-katekisti kienet responsabbli minn jum tan-Novena. It-tema din is-sena kienet ir-Raghaj. Fuq il-presbiterju tpoggiet statwa ta’ raghaj u l-ambjent kien jinbidel skont it-tema ta’ kull gurnata.

 L-Erbgha 17 ta’ Dicembru: Coffee Morning fic-centru.

 Is-Sibt 20 ta’ Dicembru: Bhas-soltu sar il-Party tal-Milied ghat-tfal tad-Duttrina.

 Il-Hadd 21 ta’ Dicembru: Sar pageant bil-Bambin akkompanjat bil-carols li beda minn quddiem il-Knisja u ghadda mit-toroq principali tal-Parrocca.

 It-Tnejn 22 ta’ Dicembru: It-tfal tal-Grizma hargu mat-toroq tal-Parrocca jqassmu ittra-stedina lill-Parruccani kollha biex ikunu prezenti ghall-quddiesa ta’ nofsillejl.

 L-Erbgha 24 ta’ Dicembru: Fil-11.30 bdiet il-funzjoni tal-lejl tal-Milied bil-priedka tradizzjonali li din is-sena saret minn Emmanuel Schembri u Riana Gatt. Fi tmiem il-quddiesa saret bibita fuq iz-zuntier biex jinghataw l-awguri tal-Milied.

Il-Hamis 25 ta’ Dicembru: Jum il-Milied. Filghodu Father Christmas hareg iqassam ir-rigali lit-tfal. Fil-quddiesa ta’ filghaxija regghet saret il-priedka tal-Milied. Zewgt itrabi Talitha Buttigieg u Lucas Grima llum ircivew is-sagrament tal-Maghmudija.

Il-Gimgha 26 ta’ Dicembru: Sar riceviment ghal kull min jaghti s-sehem tieghu fil-Parrocca.

 Is-Sibt 27 ta’ Dicembru: Jahbat it-336 Anniversarju mill-Ewwel Dehra tal-Qalb ta’ Gesu lil Santa Margerita Alacoque.  It-tfal kellhom harga ta’ nofstanhar biex jaraw il-presepji.

 Il-Hadd 28 ta’ Dicembru: Filghaxija saret l-ikla tal-Milied fil-Country Terrace Restaurant, Ghajnsielem.

 It-Tlieta 30 ta’ Dicembru: Sar il-funeral ta’ Carmelo Curmi li miet fl-età ta’ 86 sena.

 L-Erbgha 31 ta’ Dicembru: F’dan l-ahhar jum tas-Sena 2008 saret gurnata Adorazzjoni solenni animata mill-grupp leaders bhala ringrazzjament lil Alla. Fis-6.00pm kellna koncelebrazzjoni solenni u fi tmiemha tkanta t-Te Deum bil-partecipazzjoni tal-Chorus Urbanus. Fil-11.00pm bdiet siegha Adorazzjoni  mmexxija  minn Dun Alex Refalo u t-tokki ta’ nofsillejl taw bidu ghall-ewwel quddiesa tas-Sena 2009.

F’dan l-istess jum fethet il-Maratona tar-Radio Sacro Cuor li baqghet sejra sal-Gimgha. Bosta kienu dawk li taw l-offerta taghhom.

 Is-Sibt 3 ta’ Jannar: Inghatat l-ahhar tislima lil John Mary Attard li miet fl-età ta’ 63 sena.                                                                                                             

l-Hadd 4 ta’ Jannar: Festa ta’ l-Epifanija. Fi tmiem il-quddiesa ta’ l-10.30am tqassmu l-premjijiet tal-kompetizzjoni ghall-isbah presepji.

 It-Tnejn 5 ta’ Jannar 2009: Bdew iz-zjajjar fid-djar tal-Missjoni Djocesana li kienu mifruxin fuq tliet gimghat. Intemmu l-gimgha 23 tax-xahar. Il-missjunarji li gew fostna kienu mill-parrocca tal-Munxar u 15-il missjunarju mill-Parrocca taghna messhom ir-rahal taz-Zebbug.

 Il-Hamis 8 ta’ Jannar: Rega’ sar il-Coffee Morning ta’ kull xahar b’risq il-Parrocca.

 Il-Hamis 22 ta’ Jannar: Mess lill-Parrocca taghna biex tmexxi lejl Adorazzjoni fil-knisja ta’ Savina. Dan kien parti mit-talb li kien qed isir ghas-sucess tal-Missjoni Djocesana.

 Il-Gimgha 23 ta’ Jannar: Inghatat l-ahhar tislima lil John Cassar li miet fl-età ta’ 86 sena.

 Is-Sibt 24 ta’ Jannar: Saret ikla fic-centru fl-Anniversarju tal-konsagrazzjoni tal-Knisja.

 Il-Hadd 25 ta’ Jannar: Fil-quddiesa ta’ l-10.30am saret talba ta’ radd-il hajr lil Alla ghall-hidma li twettqet tul il-Missjoni Djocesana. Kienu mistiedna l-istreetleaderes u l-missjunarji tal-Parrocca li marru jzuru d-djar barra mir-rahal.

 It-Tlieta 27 ta’ Jannar: Iltaqa’ l-Kunsill Parrokkjali ghal-laqgha tieghu.

 Il-Hamis 29 ta’ Jannar: Jahbat l-104 Anniversarju tal-konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali. Gie icelebrat b’quddiesa bil-priedka u bis-sehem tal-kor.  

Il-Hadd 1 ta’ Frar: Bdiet il-gimgha tal-Azzjoni Kattolika fil-Parrocca li ntemmet is-Sibt b’quddiesa u harga ghat-tfal u l-istudenti. F’dan l-istess jum Pawlu u Carmena Xerri icelebraw fil-Knisja taghna l-50 Anniversarju miz-Zwieg taghhom.

 It-Tnejn 2 ta’ Frar: Fl-okkazjoni tal-Festa tal-Kandlora, sar it-tberik tax-xemgha u waqt il-quddiesa gew prezentati t-tfal li din is-sena ser jircievu s-sagramenti tal-Ewwel Tqarbina u tal-Grizma ta’ l-Isqof.

 It-Tlieta 3 ta’ Frar: Saret laqgha ohra ghall-Kumitat tal-Festa.

 L-Erbgha 4 ta’ Frar: Il-Kappillan Dun Reuben Micallef ltaqa’ mal-missjunarji tal-Parrocca li matul iz-zjajjar kienu qed jaghtu s-servizz taghhom fil-parrocca tieghu taz-Zebbug.

 Il-Gimgha 6 ta’ Frar: L-Ewwel Gimgha tax-xahar. Kien jum ta’ Adorazzjoni Solenni u fl-4.00pm saret bhas-soltu l-Adorazzjoni ghat-tfal

It-Tlieta 10 ta’ Frar: Sar pellegrinagg fl-okkazjoni tas-Sena Pawlina ghall-parrocca tal-Munxar.

 Il-Hamis 12 ta’ Frar: Il-Coffee Morning did-darba sar fis-sala tal-Kunsill.

 It-Tnejn 16 ta’ Frar: Billi t-tifkira ta’ San Claudio de la Colombiere habtet il-Hadd, saret quddiesa bil-hsieb fuq il-Qaddis. San Claudio kien il-konfessur ta’ Santa Margerita Marija Alacoque, qaddisin tant marbutin mad-devozzjoni lejn il-Qalb ta’ Gesu.

 It-Tlieta 17 ta’ Frar: Il-Kunsill Parrokkjali rega’ kellu l-laqgha tieghu.

 Il-Hadd 22 ta’ Frar: Joi dahal fil-Knisja ta’ Kristu permezz tas-sagrament tal-Maghmudija.

 It-Tlieta 24 ta’ Frar: Lejlet ir-Randan. Wara l-quddiesa saret it-Thabbira tar-Randan minn Dun Alex Refalo fejn barra t-tifsira ta’ dan iz-zmien spjegalna dak li ahna bhala Komunità Parrokkjali konna mistiedna naghmlu. Fost l-ohrajn hadna s-sawm: kull gimgha l-Parrocca kellha proposta ghal sawma partikulari x’taghmel. Fil-quddies ta’ filghaxija beda jsir hsieb qasir fuq il-qari u kull nhar ta’ Gimgha wara l-quddiesa tas-7.00am kien jigi recitat it-Tifhir ta’ Sbih il-Jum.

 Il-Hamis 5 ta’ Marzu: Saret is-Siegha Adorazzjoni ta’ lejlet l-Ewwel Gimgha tax-xahar li tant xtaqet il-Qalb ta’ Gesu permezz ta’ Santa Margerita.

 Il-Gimgha 6 ta’ Marzu: L-Ewwel Gimgha tax-xahar. Jum ta’ Adorazzjoni Solenni u fl-4.00pm saret bhas-soltu l-Adorazzjoni ghat-tfal. Kien hemm ukoll laqgha ghall-Kumitat tal-Festa.

 It-Tnejn 9 ta’ Marzu: Beda l-ewwel kors ta’ ezercizzi ghal kulhadd. Il-predikatur kien il-Kan. Dun Gwann Bosco Cremona, ir-Rettur tal-Kappella tax-Xlendi.

 Il-Hadd 15 ta’ Marzu: Siegha Adorazzjoni Komunitarja fil-Knisja mmexxija minn Dun Alex u li bdiet fis-2.30pm f’hin skomdu, bhala parti mis-sagrificju tar-Randan.

 It-Tnejn 16 ta’ Marzu: Kien imiss il-kors ta’ ezercizzi ghall-adolexxenti li tmexxa minn Fr Mark Demanuele MSSP.

 It-Tlieta 17 ta’ Marzu: Saret il-laqgha tal-Kunsill Parrokkjali.

 Il-Hamis 19 ta’ Marzu: Jum San Guzepp. Il-Parrocca taghna kienet mistiedna taghmel pellegrinagg ghall-Knisja Parrokkjali ta’ San Guzepp fil-Qala.

 It-Tnejn 23 ta’ Marzu: L-ahhar gimgha ta’ ezercizzi ghall-koppji mizzewga. Tmexxiet minn Dun Noel Saliba. It-tfal tad-Duttrina kellhom ukoll l-ezercizzi taghhom li tmexxew mis-Sur Joe Said, membru tas-socjetà tal-MUSEUM. Infetah wkoll Bazaar b’risq il-Knisja fi Pjazza San Frangisk li dam 15-il gurnata.

 It-Tlieta 24 ta’ Marzu: Wara il-priedka tal-ezercizzi saret laqgha tal-Kumitat tal-Festa mas-Supretendent tal-Pulizija is-Sur Simon Galea.

 L-Erbgha 25 ta’ Marzu: Fis-6.00pm il-vici Dun Gorg Vella icelebra Quddiesa ta’ Radd il-Hajr lill-Qalb ta’ Gesu ghal dak kollu li ghamlet mieghu waqt u wara l-intervent kirurgiku li ghamel. Fl-istess jum kellna l-Parents’ Day ghat-tfal tad-Duttrina.

 Il-Gimgha 27 ta’ Marzu: Wara Koncelebrazzjoni mmexxija mill-predikatur ta’ l-Ezercizzi Dun Noel Saliba harget il-purcissjoni bl-istatwa ta’ Gesu Redentur, bis-sehem ta’ diversi personaggi biblici u ta’ ohrajn li b’wiegha garrew slaleb u ktajjen. Dun Noel Saliba mexxa wkoll il-purcissjoni.

It-Tnejn 30 ta’ Marzu: Siegha Adorazzjoni organizzata mill-membri tal-Azzjoni Kattolika.

 L-Erbgha 1 t’April: Saret l-Ewwel Qrara tat-Tfal tal-Ewwel Tqarbina.

l-Hamis 2 t’April: Festa Parrokkjali tal-Madonna tad-Duluri. Saret koncelebrazzjoni li tmexxiet minn Dun Alex Refalo u wara harget il-purcissjoni bl-istatwa tad-Duluri.

Il-Gimgha 3 t’April: L-Ewwel Gimgha tax-xahar. Kien jum ta’ Adorazzjoni solenni u fl-4.00pm saret bhas-soltu l-Adorazzjoni ghat-tfal. Fl-istess jum gie organizzat ukoll nofstanhar irtir ghall-adolexxenti f’Dar Manresa.

Is-Sibt 4 t’April: Sar il-funeral ta’ Rita Formosa li mietet fl-età ta’ 83 sena.

Il-Hadd 5 t’April: Hadd il-Palm. Fit-8.15am iltqajna quddiem ic-centru ghall-funzjoni tat-Tberik tal-Palm u z-Zebbug. Wara l-quddiesa tal-10.30am sar it-tberik tal-Mejda tal-Appostli fic-centru. Fit-3.00pm Dun Alex Refalo mexxa siegha Adorazzjoni Komunitarja fil-knisja b’meditazzjoni fuq il-Passjoni ta’ Sidna Gesu Kristu

It-Tnejn 6 t’April: Il-quddiesa ta’ filghaxija saret fiz-zona ta’ Manresa, fil-pjazzetta tat-Triq John Gaspard Le Marchant u wara kien hemm Via Sagra madwar it-toroq tal-inhawi.

 L-Erbgha 8 t’April: Wara l-quddiesa ta’ filghaxija kien hemm mil-possibilità ta’ qrar ghal kulhadd f’celebrazzjoni penitenzjali komunitarja.

 Il-Hamis 9 t’April: Hamis ix-Xirka. Fis-6.00pm Dun Alex Refalo mexxa koncelebrazzjoni solenni li fiha sar l-hasil tar-riglejn tal-Appostli u fi tmiem il-quddiesa tnizzel s-Santissimu Sagrament ghall-Adorazzjoni fl-artal tar-repozizzjoni. Fil-11.00pm mexxa siegha Adorazzjoni.

Il-Gimgha 10 t’April: Il-Gimgha l-Kbira. Fin-nofstanhar ta’ filghodu l-ahwa Mons Luigi u Dun Gorg Vella mexxew s-Seba’ Visti li saru f’seba’ knejjes barra r-Rabat. Il-funzjoni tal-Bews tas-Salib bdiet fil-4.00pm.

Is-Sibt 11 t’April: Sibt l-Ghid. Saret il-funzjoni ta’ Sibt il-Ghid, it-tifkira tal-Qawmien tal-Mulej Gesu mill-Mewt.

 Il-Hadd 12 t’April: Solennità tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet. Krista Marie Micallef u Nick Zerafa ddahhlu fil-Knisja ta’ Kristu permezz tas-sagrament tal-Maghmudija.

 It-Tnejn 13 t’April: Saret l-ewwel laqgha tal-Legion of Mary fic-centru. Il-Praesidium igib l-isem “Sultana tal-Qalb ta’ Gesu”. Il-laqghat qed ikomplu l-Hamis fil-4.30pm.

 It-Tlieta 14 t’April: Beda t-tberik fid-djar.

 Il-Gimgha 17 t’April: L-Ewwel Gimgha tal-Qalb ta’ Gesu. Saret gurnata ta’ Adorazzjoni Solenni. Fis-6.00pm Dun Alex Refalo mexxa siegha ta’ Adorazzjoni Komunitarja. Fis-7.00pm Mons. Isqof Nikol Cauchi ippresieda f’koncelebrazzjoni solenni bis-sehem tal-Chorus Urbanus u fi tmiemha huwa bierek l-istatwa tal-Qalb ta’ Gesu li saret ghall-komunità ta’ Melbourne l-Awsralja. L-istatwa harget imbghad processjonalment mat-toroq taghna fost talb u kant.

Il-Hadd 19 t’April: Il-festa tal-Hniena Divina. Fl-4.30pm tmexxiet koncelebrazzjoni bis-sehem tal-Chorus Urbanus u wara harget il-purcissjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt li fiha hadet sehem tal-Banda La Stella. Fi tmiemha l-tfal tad-duttrina hadu t-tifkira tal-Ghid.

Il-Hamis 23 t’April: Harga ta’ nofstanhar organizzata mill-vici Dun Gorg Vella li bdiet b’quddiesa fil-Knisja ta’ San Pawl Marsalforn.

Il-Gimgha 24 t’April: It-Tieni Gimgha tal-Qalb ta’ Gesu. Fis-7.00pm, wara l-Adorazzjoni Komunitarja l-Kan. Dun Carm Curmi mexxa koncelebrazzjoni bis-sehem tal-parrucani u l-kor tal-Munxar.

Is-Sibt 25 t’April: Saret laqgha tal-Kunsill Parrokkjali.

It-Tnejn 27 t’April: Membri tal-Azzjoni Kattolika organizzaw in-nofs siegha Adorazzjoni ta’ darba fix-xahar.

Il-Hamis 30 t’April: Siegha Adorazzjoni ta’ lejlet l-Ewwel Gimgha tax-xahar. 

Il-Gimgha 1 ta’ Mejju: It-Tielet Gimgha tal-Qalb ta’ Gesu. Fis-7.00pm, wara l-Adorazzjoni Komunitarja, Patri Donald Bellizzi OFM Conv., kappillan tal-Parrocca Qalb Bla Tebgha ta’ Marija ta’ Burmarrad mexxa koncelebrazzjoni bis-sehem tal-kor tal-parrocca tieghu. Illum ukoll intemm it-tberik tal-familji.

Membri godda fil-Knisja Kattolika permezz tal-Maghmudija

22/06/08          Mariah bint Marlon Mano u Maria Vella.

03/08/08          Mikela bint Savio Bugeja u Tessa neé Borg.

17/08/08          Damien bin Louis Portelli u Laurianne Portelli.

06/09/08          Guzeppi bin Francis Mizzi u Ivana neé Schembri.

21/09/08          Sam bin Peter Oslon u Signhld neé Gehlin.

28/09/08          Audrey bin Simon Micallef u Doreen neé Spiteri.

15/11/08          Lisa bin Marlon Curmi u Stephanie neé Sammut.

25/12/08          Talitha bint Sandro Buttigieg u Maria neé Mercieca.

25/12/08          Lucas bin John B.Grima u Jeanette neé Refalo

22/02/09          Joi bin Felix Sammut u Marla neé Gauci.

12/04/09          Krista Marie bin Carmelo Micallef u Sonja neé Gatt.

12/04/09          Nick bin Louis Paul Zerafa u Pamela neé Sammut.

 Dahlu ghall-premju tas-Saltna tas-Sema

17/06/08          Joseph Zammit fl-ghomor ta’ 79 sena.

25/06/08          Maria Borg fl-ghomor ta’ 85 sena.

02/09/08          Carmelo Tabone fl-ghomor ta’ 79 sena.

26/10/08          George Borg fl-ghomor ta’ 84 sena.

21/11/08          Carmen Mercieca fl-ghomor ta’ 61 sena.

29/12/08          Carmelo Curmi fl-ghomor ta’ 86 sena.

31/12/08          John Mary Attard fl-ghomor ta’ 63 sena.

20/01/09          John Cassar fl-ghomor ta’ 86 sena.

03/04/09          Rita Formosa fl-ghomor ta’ 83 sena.

 

Ingħaqdu fis-Sagrament taż-Żwieg

 

08/06/08          Althea Attard u Bjorn Sammut

05/07/08          Sandra Grima u Shaun Zerafa

09/08/08          Tania Georgette Gauci u Paul Ivan Formosa


~~~~~~~~~~

Hafna huma l-istatwi tal-Qalb ta' Gesu fid-djar tal-Fontanin, imma x'uhud minnhom huma replika tal-istatwa li ghandna fil-knisja taghna

 

“Ġorġ, xi kemm statwi tal-Qalb ta’ Ġesù għamilt?”

 Ġorġ Gauci huwa wild il-Fontana. Joqghod fi Triq il-Qalb ta’ Gesù. Nafuh bhala dilettant kbir tal-istatwi u gej mill-familja mlaqqma ‘tas-Sagristan’, maghrufin ghall-pasturi li kienu jaghmlu.

Gorg ma jiftakarx kemm-il statwa tal-Qalb ta’ Gesù ghamel ghax kienu diversi. Xi whud minn dawn l-istatwi ghamilhom bid-dinja isfel biex ikunu xbieha iktar fidila tal-istatwa originali meta giet fostna ghall-ewwel darba. Il-Qalb ta’ Gesù li ghandu f’idejh hadimha fil-1995. Kien ghamel forma tat-tafal, informaha u mlieha bil-gibs. L-ikbar bicca xoghol jghid li huma l-angli, peress li huma zghar wisq biex tirfinahom.

 

 

 

 

L-Istatwa tal-Qalb ta’ Ġesu ta’ Simon

  Għaliex l-istatwa ta’ Simon Micallef? Minn mindu kien żgħir, Simon, li llum huwa residenti fi Triq l-Isptar San Giljan, kien dejjem dilettant tal-knisja, tal-armar u tal-festi ta’ barra. Imma minn dejjem kellu xewqa partikolari li jkollu statwa mdaqqsa, kopja tal-Qalb ta’ Ġesù li ghandna fil-Knisja. “Mort għand l-istatwarju Pawlu Aquilina u ordnajt wahda gholja zewg piedi. Tliet snin wara, jiġifieri fil-2003 l-istatwa tlestiet. Ħadtha għand Reuben Camilleri Cauchi għaż-żebgħa u l-induratura. Ħsibtilha wkoll għal pedistall u niċċa”. L-istawa ta’ Simon toqrob ħafna lejn l-istatwa titulari tagħna. Tant intghogbot li xi whud, anke minn Malta ordnaw bhalha. Fi żmien il-festa Simon iqiegħed l-istatwa tal-Qalb ta’ Ġesù fil-faċċata tad-dar.