Parroċċa Qalb ta' Ġesù - Fontana

Gimgha ta' Talb bi Preparazzjoni ghal wasla tal-Kwadru Mirakluz tal-Madonna ta' Pinu fostna

Ġimgħa ta’ talb bi preparazzjoni għal wasla tal-Kwadru Mirakuluż tal-Madonna ta’ Pinu fostna.

Fl-400 sena anniversarju mill-pittura tagħha u tas-Sena Marjana Djoċesana.

Il-Ħamis 17 ta’ Jannar:

8:00pm: Quddiesa ta’ preparazzjoni għal ġid spiritwali taż-żjara tal-Kwadru tal-Madonna ta’ Pinu.

9:00pm sa nofsilejl: Adorazzjoni u talb mill-Adoraturi tas-Sagrament ma’ Mons Rużar Borg. Quddiesa minn   Mons Rużar Borg għas-suċċess ta’ din il-ġimgħa.

Il-Ġimgħa 18 ta’ Jannar:

8:30am sal-11:30am: Adorazzjoni u talb Marjan.

5:30pm: Rużarju Meditat quddiem Ġesù Sagramentat.

6:00pm: Quddiesa b’omelija Marjana fuq ‘it-Tħabbira tal-Anġlu ‘l Marija li se ssir Omm Alla’.

 

Is-Sibt 19 ta’ Jannar u l-Ħadd 20 ta’ Jannar:

9:00am: Quddiesa għat-tfal b’katekeżi fuq il-Madonna.

Matul il-ġurnata, il-Kappillan u Saċerdoti iżuru l-morda fi djarhom b’replika tal-Kwadru u jitolbu magħhom.

Is-Sibt filgħaxija u l-quddies fil-ġurnata kollha tal-Ħadd ikollna magħna l-Patrjiet Franġiskani (Terra Santa) li jitkellmu fuq il-missjoni tagħhom b’konnessjoni mas-Santwarji Marjani fl-Art Mqaddsa.

 

It-Tnejn 21 ta’ Jannar:

7:30am sal-11:30am: Adorazzjoni u talb għas-suċċess tas-Sena Marjana.

5:30pm: Rużarju meditat quddiem Ġesù Sagramentat.

6:00pm Quddiesa b’omelija dwar il-Vizitazzjoni ta’ Marija lil Eliżabetta.

 

It-Tlieta 22 ta’ Jannar:

7:30am sal-11:30am: Adorazzjoni u talb għall-Isqof tagħna Mario Grech fit-13 Anniversarju mill-Konsagrazzjoni Episkopali tiegħu.

5:30pm: Rużarju Meditat quddiem Ġesù Sagramentat.

6:00pm Quddiesa b’omelija fuq il-Maternità ta’ Marija.

 

L-Erbgħa 23 ta’ Jannar:

7:30am sal-11:30am Adorazzjoni u talb għall-familja.

5:15pm: Jitlaq l-Kwadru mill-Munxar fi triqtu għal Fontana.

5:30pm: Nilqgħu u nagħtu merħba l-Kwadru Mirakuluż tal-Madonna ta’ Pinu fil-bieb prinċipali tal-Knisja bil-kant u wara Ċelebrazzjoni ta’ talb, tifħir u kant fil-knisja.

6:00pm: Quddiesa b’omelija fuq l-Assunzjoni ta’ Marija Santissima.

6:45pm-7:30pm: Rużarju u Talb Marjan mill-Membri tal-Azzjoni Kattolika (Adulti Kbar)

8:00pm: Rużarju Meditat quddiem Ġesù Sagramentat.

Il-Knisja tibqa’ miftuħa l-lejl kollu li matulu jkun hemm talb tar-Rużarju u kant Marjan.

 

Il-Ħamis 24 ta’ Jannar:

6:00am: Rużarju

6:15am: Quddiesa

7:00am: Quddiesa

8:00 – 9:00am: Adorazzjoni Privata fil-preżenza tax-xbieha mirakuluża tal-Kwadru tal-Madonna ta’ Pinu.

9:00 -10:00am: Ċelebrazzjoni mil-istudenti ta’ Sacred Heart Minor Seminary u ta’ Gozo College Primary School.

10:00 – 11:00am: Rużarju u Talb Marjan mill-membri tal-Azzjoni Kattolika (Adulti Żgħar).

11:00am: Supplika lill-Madonna ta’ Pinu.

11:30am: Quddiesa speċjali li għaliha mistednin il-morda tal-parroċċa u dawk ta’ Pompej Home b’amministrazzjoni tas-Sagrament tal-Morda.

1:00pm-2:00pm: Rużarju u Talb mill-membri tal-Legion of Mary.

2:00pm – 3:00pm: Rużarju u talb privat.

3:15pm - 4:30pm: Ċelebrazzjoni għat-tfal kollha tad-Duttrina li fiha tiġi reċitata l-ġrajja tas-Sejħa tal-Madonna ta’ Pinu lil Karmni Grima u Franġisk Portelli.

4:30pm – 5:15pm: L-għaqdiet kollha tal-parroċċa mistiedna għat-talba tar-Rużarju, Preżentazzjoni tat-trabi u t-tfal u nagħlqu billi nagħmlu Att ta’ Affidament tal-familji lill-Madonna ta’ Pinu.

5:15pm: Nakkumpanjaw il-Kwadru tax-xbieha Mirakuluż tal-Madonna ta’ Pinu fi triqtu lejn il-parroċċa ta’ Kercem.

6:00pm: Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr lill-Madonna ta’ Pinu għal min ma jistax jakkumpanja l-Kwadru.